Għal darba’oħra il-Parlament Malti qed iservi bħala strument ta’ impunità bis-saħħa tal-Ispeaker.

Repubblika tesprimi d-diżgust tagħha għal mod ċiniku kif il-Parlament Malti gie użat biex jaħsel l-imġieba skorretta tad-Deputat Rosianne Cutajar.

Il-fatti u ċ-ċirkostanzi juru kif id-Deputat Cutajar kienet involuta mal-persuna akkużata bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia wara li kien magħruf li huwa s-sid tas-17 Black, kumpanija involuta fil-korruzzjoni ta’ uffiċjali għolja fil-Gvern b’rabta mal-poer station tal-Electrogas.

Minbarra dan hemm ukoll il-verzjonijiet differenti mogħtija mill-ħabib tagħha, minkejja li l-kummenti xejn sbieħ dwaru fic-chats bejn Rosianne Cutajar u Yorgen Fenech.

X’taf Rosianne Cutajar li m’ghandux isir jaf il-poplu malti?

Il-Parlament Malti qed ikompli jogħdos fil-ħama tiegħu stess.