Repubblika tinnota l-vot fil-Parlament il-bieraħ fil-għaxija dwar riformi fl-infrastruttura ġudizzjarja u istituzzjonali ta’ Malta, li hi tant iġġieldet għalihom.

Ninnutaw ukoll l-isforzi tal-partiti politiċi biex jieħdu l-mertu ta’ dawn ir-riformi.

Il-fatt huwa li dawn ir-riformi saru minkejja l-gvern u mhux minħabba fih, apparti li kellhom isiru minħabba l-abbużi mwettqa mill-Gvern innifsu. Il-Gvern irreżista għal snin sħaħ u Repubblika kellha saħansitra tiftaħ kawża fil-Qorti biex il-Gvern jibda jiċċaqlaq.

Repubblika se tistudja l-att finali approvat meta dan ikun ippubblikat u wara ser tieħu l-pożizzjoni tagħha dwaru.