Grupp t’attivisti ta’ Repubblika nġabru llum quddiem il-Ministeru tal-Intern jitolbu r-riżenja tal-Ministru Byron Camilleri wara dak li sar magħruf f’dawn l-aħħar ġranet.
Waqt il-protesta spontanja li għaliha nġabru numru ta’ nies fil-limiti stabbiliti skont il-liġi minħabba l-Covid-19, twasslet ittra lill-Ministru Byron Camilleri. Kopja tal-ittra hi mehmuża.