Repubblika tikkundanna bil-qawwa kollha l-bullying tal-kumpanija Steward International fuq il-ġurnalist Matthew Vella.

Huwa inaċċettabbli li din il-kumpanija, li qed tirċievi miljuni mit-taxxi tal-poplu Malti, tikteb lill-Gvern biex jinvestiga lil dan il-ġurnalist għax wettaq xogħolu biex jiddefendi l-interessi tal-poplu Malti. Il-ġurnalisti huma tarka qawwija kontra l-korruzzjoni u l-abbuż, partikolarment f’dak li għadda u forsi għadu għaddej f’dan il-qasam.

Aħna nistennw li l-Gvern Malti jieħu pożiizzjoni ċara ma’ Steward International u li jikkundanna wkoll din it-talba.

Huwa ironiku li attakk bħal dan isir waqt li għaddejja konferenza dwar riformi legali fil-qasam ġurnalistiku.