Repubblika irċeviet mingħand il-Kummissarju għall-Istandards risposta għal talba li għamilna biex jinvestiga rappurtaġġ li kien jgħid li Nigel Vella, uffiċjal fis-Segretarjati ta’ Joseph Muscat u Robert Abela, kellu żewġ impjiegi full time mal-gvern fl-istess ħin.

Il-Kummissarju George Hyzler wara tweġiba tas-Sur Vella sab li fil-fatt wieħed mill-impjiegi ta’ Nigel Vella kien part-time u ma kien hemm xejn ħażin.

Qegħdin nippubblikaw għall-informazzjoni tal-pubbliku ir-risposta tal-Kummissarju Hyzler.

Kieku is-Sur Vella wieġeb id-domandi tal-istampa meta sarulu ma kienx ikun hemm bżonn li jsir dan l-ilment.

Issa qed nistennew ukoll insiru nafu x’sab il-Kummissarju għall-Istandards dwar l-ilment tagħna dwar il-Ministru Carmelo Abela. Ninsistu li l-gvern jieqaf jagħmel il-kuntrumbajsi biex jaħbi dan ir-rapport.