Repubblika tikkundanna lill-Gvern li fid-dlam tal-lejl neħħa r-ritratt ta’ Jean-Paul Sofia, vittma tar-rgħiba, minn quddiem l-uffiċċju tal-Prim Ministru.

Ninsabu f’sitwazzjoni fejn il-Gvern juża s-saħħa tiegħu biex jipproteġi lil min hu b’saħħtu filwaqt li jsikket lil min hu dgħajjef u lill-vittmi tal-abbuż.

Filwaqt li l-Gvern jippubblika kuljum ritratti tal-ministri, issa għandu l-ardir li jneħħi ritratt ta’ vittma li ommu qiegħdet fl-isforzi tagħha biex issir ġustizzja miegħu u biex tkun magħrufa l-verità sħiħa ta’ kif spiċċa maqtul.

Repubblika ttenni l-appoġġ tagħha għat-talba ta’ omm Jean-Paul għall-inkjesta pubblika. Għalfejn Robert Abela għadu jopponi li ssir din l-inkjesta? Min hemm involut? X’hemm li huwa daqhekk importanti li ma jinkixifx?