Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qegħdin jorganizzaw dimostrazzjoni ta’ appoġġ għall-ġurnalisti u l-attivisti għada t-Tlieta 31 ta’ Awwissu 2021, fi Pjazza Kastilja, il-Belt Valletta, fis-6:30pm.

L-organizzaturi jħeġġu lill-Maltin u l-Għawdxin ta’ rieda tajba biex jattendu għal din id-dimostrazzjoni u jiddefendu d-demokrazija tagħna. L-attakk li qed iseħħ f’dawn il-jiem fuq il-ġurnaliżmu u l-attiviżmu hu fatt gravi ħafna. Jeħtieġ li lkoll ningħaqdu biex nirreżistu dawn l-attakki kodardi.

202 ġimgħa ilu nqatlet Daphne Caruana Galizia għax bqajna siekta. Qatt iktar! Għalhekk, ingħaqdu magħna għada filgħaxija quddiem Kastilja għax jeħtieġ infakkru ‘l-Prim Ministru Robert Abela illi s-silenzju tiegħu huwa INAĊĊETTABBLI.

Dimostrazzjoni ta’ Appoġġ għall-Ġurnalisti u Attivisti

It-Tlieta, 31 ta’ Awwissu 2021 18:30
It-Tlieta, 31 ta’ Awwissu 2021 20:00

Dħul

Etajiet Kollha

Kastilja

Pjazza Kastilja
Valletta
Malta
Żid mal-Kalendarju
31-08-2021 18:30 31-08-2021 20:00 Europe/Rome Dimostrazzjoni ta’ Appoġġ għall-Ġurnalisti u Attivisti Valletta