Wara l-konferenza stampa ta’ dalgħodu fil-Pieta’, membri Ghawdxin ta’ Repubblika għamlu protesta simbolika quddiem l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Din il-protesta saret b’appoġġ lill-poplu Għawdxi li serqulu l-uniku sptar li għandu biex iħaxxnu bwiethom bil-korruzzjoni. F’messaġġ qasir, il-President Dr Robert Aquilina qal li Repubblika hija solidari mal-poplu Għawdxi u qed taħdem bi sħiħ biex issir ġustizzja mal-Għawdxin kollha.

Repubblika se tkun qed tagħmel kulma tista’ biex min seraq l-isptar t’Għawdex jieħu dak li ħaqqu skont il-liġi. Fuq kollox, Repubblika trid li l-Għawdxin jieħdu lura dan l-isptar li huwa tagħhom bi dritt.