Il-Kummissarju tal-Pulizija
Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija
Pjazza San Kalċidonju
Floriana FRN 1530
30 ta’ Marzu 2021
Sur Kummissarju,
Nirreferi għall-investigazzjoni tal-ġurnalisti dwar il-kumpanija Macbridge. Issa jidher ċar li din il-kumpanija hi strument maħsub biex il-Poplu Malti jkun misruq bil-kbir fl-elettriku u li parti minn dawn il-flus misruqa jispiċċaw għand nies fil-Gvern.
Kif taf, il-ġurnalisti ilhom minn April tas-sena 2018 li kixfu email ta’ Karl Cini (Nexia BT) li turi li Macbridge kienet se tgħaddi miljuni f’kumpaniji tal-Ministru Konrad Mizzi u taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Għalhekk nitolbok tinvestiga għalfejn matul dawn l-aħħar tlett snin il-Pulizija Maltija ma investigatx lil Macbridge u kellhom ikunu il-ġurnalisti li jagħmlu xogħol il-Pulizija.
Inselli għalik,

Dr Robert Aquilina
President