Edward Warrington

Edward Warrington huwa akkademiku rtirat. Tul il-karriera tiegħu, kien involut fl-istudju u r-riforma tal-istituzzjonijiet governattivi. Minbarra li kien involut mill-qrib fir-riformi amministrattivi u ta’ governanza tad-disgħinijiet, huwa ppubblika wkoll studji fl-istorja tal-iżvilupp amministrattiv fi stati indipendenti ġodda, b’fokus fuq governanza tajba u, aktar riċentement, fokus fuq istituzzjonijiet għall-integrità. Huwa wkoll faċilitatur ta’ proċessi ta’ dixxerniment tat-tmexxija fl-istituzzjonijiet ekkleżjali u komunitajiet.