Alessandra Dee Crespo

Alessandra Dee Crespo għandha background fit-teoloġija, peress li kienet l-ewwel mara u l-ewwel persuna li qatt iggradwat mill-kors universitarju li normalment jinqraw mill-irġiel li jippreparaw għas-saċerdozju u għalhekk hija mdorrija tiddubita mis-sistema. Nhar it-Tnejn, 16 ta ’Ottubru 2017, indunat li kien hemm sistema saħansitra akbar li qatlet ġurnalista u kienet qed tipprova ġġegħelna ninsew dwarha. Mill-ewwel ingħaqdet ma’ #occupyjustice fl-istess xahar u ngħaqdet ukoll ma’ Repubblika hekk kif ġiet iffurmata f’ Jannar 2019. Sussegwentement hija ġiet eletta fil-Kumitat Eżekuttiv tagħha f’ Ottubru 2019. Sena wara, hija ġiet ivvutata bħala Viċi President tal-Orgranizzazzjoni u għandha titqiegħed fin-nomina għall-kariga ta’ President tal-Organizzazzjoni f’Marzu 2023. Hija kkurat il-ktieb tal-installazzjoni Justice for Daphne Is Justice for Our right to know li ġie shortlisted għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u editjat The Third Siege of Malta minn Manuel Delia. Tikteb ukoll għat-Times of Malta u kultant blogs għal Truth Be Told.