Robert Aquilina jindirizza l-LĠA għall-aħħar darba

Robert Aquilina jindirizza l-LĠA għall-aħħar darba

Hekk kif it-terminu tiegħek bħala President joqrob lejn tmiemu, aħna nirringrazzjawk għat-tmexxija ta’ ispirazzjoni, il-kreattività u t-tenaċità tiegħek. Taħt il-presidenza tiegħek, Repubblika għamlet suċċess u ffjorixxiet. Aħna ċerti li se nibqgħu nikkollaboraw fix-xogħol tagħna għall-ġustizzja għal Daphne u għal Malta. Din żgur mhix tislima tal-aħħar. Grazzi.

L-Ambaxxatur tal-Ġermanja Żzur l-Uffiċċju ta’ Repubblika

L-Ambaxxatur tal-Ġermanja Żzur l-Uffiċċju ta’ Repubblika

Dalgħodu kellna laqgħa importanti ħafna mal-Ambaxxatur tal-Ġermanja l-Eċċellenza Tagħha Tanja Beyer fl-uffiċċju ta’ Repubblika fl-Imqabba. L-Ambaxxatur Beyer kienet interessata fix-xogħol tagħna biex intejbu lil Malta. Ippreżentajnielha materjal stampat ta’ Repubblika u l-ktieb ta’ Robert Aquilina Pilatus. Naturalment, Daphne Caruana Galizia u l-ġlieda tagħna għall-ġustizzja għaliha u għall-istejjer tagħha kienu fost it-temi prinċipali li ddiskutejna.