Webinar
Il-Ġimgħa, 10 ta' Lulju 2020 19:30
Il-Ħamis, 09 ta' Lulju 2020 21:00

Dħul

Etajiet Kollha

Webinar

Online
NA
Malta

Dettalji tal-Avveniment

F’dan il-webinar, il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jisimgħu kif jaħsbuha żewġ esperti, dwar riforma fl-Awtorità tax-Xandir, fid-dawl tal-kuntest kontemporanju tal-midja.

Dawk kollha li jixtiequ jieħdu sehem, huma mitluba jibagħtu email fuq [email protected] sa nhar it-Tlieta, 7 ta’ Lulju. Peress li jistgħu jieħdu sehem sa mitt persuna, l-għażla se ssir fuq bażi first come, first served. Dawk li se jkunu jistgħu jieħdu sehem, fil-jum tad-diskussjoni se jirċievu email bil-link li fuqu jkunu jridu jagħfsu ftit qabel ma jibda l-programm.

Nixtiequ ninfurmawkom li l-programm se jiġi reġistrat u wara jkun disponibbli online. L-interventi tal-kelliema se jkunu bil-Malti, waqt li l-mistoqsijiet jew il-kummenti tal-pubbliku jistgħu jsiru kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Prof. Clare E Vassallo

Prof. Clare E Vassallo
w: website

Il-Professur Clare E. Vassallo gradwat mill-Università ta' Malta b'B.A. (Gen.) fil-Filosofija u Letteratura Ingliża bil-Lingwistika, u B.A. (Hons.) fl-Ingliż bil-Lingwistika. Hija segwiet l-interess tagħha f’dawn l-oqsma ġewwa l-Istituto di Comunicazione, Università ta’ Bologna, l-Italja fejn kisbet id-Dottorat tagħha fis-Semjotika taħt it-tgħalim tal-Prof. Umberto Eco.

Prof. Kevin Aquilina

Prof. Kevin Aquilina
w: website

Kevin Aquilina huwa Professur tal-Liġi fil-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta ’Malta u Kap tad-Dipartiment tal-Liġi tal-Midja, Komunikazzjonijiet u Teknoloġija. Huwa għandu dottorat fil-liġi (Ph.D.) mill-London School of Economics and Political Science tal-Università ta' Londra, dottorat fil-liġi mill-Università ta’ Malta (LL.D.) u Masters fil-Ligi Internazzjonali Marittima mill-International Maritime Organization's International Maritime Law Institute.

Żid mal-Kalendarju
10-07-2020 19:30 09-07-2020 21:00 Europe/Rome Webinar: Semma’ Leħnek 3 – Riforma tal-Awtorità tax-Xandir