X’passi se tieħu l-Avukat Ġenerali wara li l-awtoritajiet Svizzeri ma laqgħux it-talba għall-għajnuna fil-proċeduri kriminali kontra l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, iċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u oħrajn marbuta mal-frodi fl-isptarijiet u s-serqa ta’ aktar minn 400 miljun ewro?

Repubblika hija ppreokkupata wara r-risposta tal-awtoritajiet Svizzeri li kienet ippreżentata fil-Qorti l-bieraħ. Ir-rapporti fil-media jindikaw li kien hemm informazzjoni nieqsa.

Aħna jidhrilna li l-awtoritajiet Maltin għandhom jispjegaw jekk it-talba Maltija saritx kif suppost. Nistennew li jekk kien hemm xi nuqqas tinġarr ir-responsabbiltà u li ssir talba kif suppost.

Il-każ tal-frodi fl-isptarijiet huwa gravi ħafna. Dan huwa serq ta’ aktar minn 400 miljun ewro fil-qasam tas-saħħa fejn huma involuti persuni li kienu jokkupaw pożizzjoni pubblika.

Nistennew li ssir ġustizzja b’mod sħiħ u ser inkomplu ninsistu li din issir.