“There can be no daily democracy without daily citizenship.”
Ralph Nader

Repubblika qed toffri opportunità fantastika liż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-35 sena li jixtiequ jsiru forza effettiva għall-bidla fis-soċjetà.

Ġieli ħassejt xewqa kbira li tagħmel id-dinja – jew għall-inqas il-komunità tiegħek – post aħjar? Jekk it-tweġiba hija iva, allura int mistieden għal youth camp f’Għawdex bejn it-2 u l-5 ta’ Settembru li jgħallem lill-parteċipanti kif jieħdu azzjoni biex jiddefendu u jsaħħu d-demokrazija għall-ġid tal-komunitajiet lokali jew globali.

Il-kamp huwa parti minn proġett ta’ ħames pajjiżi msejjaħ RESTART immirat biex irawwem parteċipazzjoni demokratika, ċittadinanza attiva u azzjoni ta’ solidarjetà biex jiġu miġġielda l-impatti tal-kriminalità organizzata.

Kull pajjiż se jkollu kamp simili li fih il-parteċipanti jitgħallmu wkoll dwar l-użu soċjali ta’ assi maqbuda minn attivitajiet kriminali.

Il-kamp se joffri esperjenza ta’ tagħlim teoretika u prattika. Il-parteċipanti mhux biss jiksbu għarfien imprezzabbli minn esperti u attivisti dwar ix-xogħol għal-libertà, id-drittijiet, il-ġustizzja soċjali u l-istat tad-dritt, iżda wkoll jerġgħu joħolqu mini-demokrazija fil-prattika kif ukoll jagħmlu kontribut konkret għal proprjetà f’Għawdex użata għal skopijiet soċjali.

Barra minn hekk, il-parteċipanti x’aktarx jagħmlu ħbieb ġodda fost in-nies li jaqsmu l-passjoni u l-impenn tagħhom stess biex ifittxu l-bidla.

Il-kamp huwa miftuħ għal dawk kollha li għandhom bejn 18 u 35 sena li jemmnu li d-demokrazija mhix għall-isptettaturi iżda aspett kruċjali tal-ħajja li għandhom bżonn jiġġieldu u jaħdmu għalih.

Aktar dettalji u formola biex tapplika: Youth Camp – Repubblika