Sandro Rossi

Sandro Rossi -

Sandro Rossi dejjem offra s-sostenn tiegħu lil Repubblika, sa mill-bidu tagħha. Issa qed joffri il-kontribut tiegħu fil-kumitat eżekuttiv. Il-valuri ewlenin li jżomm bħala gwida, huma il-verità u l-ġustizzja. Kien f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija f’organiżazzjoniet trejdjunonistiċi, politiċi, u volontarji. Sandro jaħdem bhala Nursing Manager fil-kura tal-anzjani, u studja l-etika u il-politika tas-saħħa. Miżżewweġ, u missier ta’ tlitt itfal.