L-Inkjesta ntalbet tiddetermina jekk xi entità tal-Istat kinitx taf jew kellhiex tkun taf dwar, jew ikkawżatx, riskju reali u immedjat, għall-ħajja ta’ Daphne Caruana Galizia, inkluż bl-aġir kriminali ta’ xi terza persuna.
L-Inkjesta ngħatat biżżejjed evidenza dokumentata li turi li Daphne Caruana Galizia kienet mhedda b’mod sistematiku. Minbarra dan, bis-sehem attiv ukoll ta’ bosta persuni f’karigi uffiċjali pubbliċi, inħoloq ambjent favorevoli li wassal biex Daphne tiġi iżolata, tiċċaħħad mid-dinjità umana u tinqatel. Dan ħareġ fid-dieher f’diversi livelli.