Irridu l-verità. Irridu l-ġustizzja.

Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com qed isejħu lil kulħadd biex nhar it-Tnejn 22 ta’ Ġunju ninġabru quddiem il-Parlament fis-6.00pm biex ninsistu fuq it-talba tagħna għall-verità u għall-ġustizzja.

Ġħażilna li niltaqgħu quddiem l-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiż għax ma rridux li Malta tkompli tegħreq fil-ħmieġ tal-korrotti. Il-Parlament suppost fih l-aktar nies t’integrita fil-pajjiz u minflok fih l-aktar nies korrotti u kriminali.

L-għajta u t-talba tagħna huma sempliċi: “Irridu l-verità. Irridu l-ġustizzja.”

Bħala l-ewwel passi biex il-verità kollha tibda tiela’ fil-wiċċ u biex tibda ssir ġustizzja, qed inressqu tliet talbiet:

  1. Tinħatar invetigazzjoni konġunta bejn il-Europol u l-Pulizja ta’ Malta fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u fil-korruzzjoni marbuta ma’ dan il-qtil.
  2. Il-politiċi involuti jerfgħu ir-resposabbilità politika tagħhom u jirrizenjaw inkella jiġu mkeċċija.
  3. Id-diretturi ta’ Enemalta plc jerfgħu ir-responsabbilità li jġorru bħala dawk li suppost iħarsu l-interess ta’ poplu Malti f’din il-kumpanija. Nistennew li jagħtu rendikont sħiħ dwar in-negozju korrott fil-Montenegro u iġibu lura il-miljuni li nsterqu.

Inħeġġu lill-poplu Malti kollu biex f’dan il-mument tal-prova nuru li l-korruzzjoni u l-maħmuġin m’għandhomx post ġewwa pajjiżna.