Wara d-digriet tal-Qorti mogħti llum, Repubblika ttenni li ġlieda għall-verità u għall-ġustizzja se tkompli.

Illum niftakru partikolarment f’Daphne Caruana Galizia li spiċċat assassinata għaliex riedet Malta nadifa ħielsa mill-ħmieġ tal-korrotti.

Intennu wkoll li mhux se naċċettaw li l-Prim Ministru Robert Abela jindaħal fl-inkjesta pubblika u indipendenti li għaddejja dwar tr-responsabbiltà tal-Istat fil-qtil tagħha.

Niftakru wkoll li għal żmien twil kien hemm min fixkel jew m’għamilx dmiru fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Nittamaw biss li d-dewmien ta’ dawn l-aħħar erba’ snin ma jfissirx li issa li donna bdiet l-azzjoni fil-każi ta’ Keith Schembri u Brian Tonna, mhux tard wisq biex issir ġustizzja sħiħa.

Dak li ġara llum huwa biss pass wieħed lejn dak li ilna snin niġġieldu għalih.

Repubblika mhux ser tieqaf qabel kulħadd iġorr ir-responsabbiltà għal dak li għamel jew dak li naqas li jagħmel.

Dan l-artiklu mhux disponibbli fil-lingwa Maltija. Tista’ taqrah bl-Ingliż hawn: