Repubblika tikkundanna l-attakki fuq Robert Aquilina mill-President tal-Partit Laburista Alex Sciberras.

L-attakki tal-president tal-partit fil-Gvern jirriflettu s-sitwazzjoni perikoluża li fiha ninsabu. Demokrazija vera u b’saħħitha tipproteġi lill-whistleblowers u lil dawk li joħorġu għonqhom biex jiddifendu l-ġid komuni.

F’Malta is-sitwazzjoni hija bil-maqlub. Issa mhux biss ma tingħatax protezzjoni lill-whistleblowers iżda minflok, min jikxef il-ħażin jispiċċa attakkat. Dan kollu fil-kuntest fejn il-Gvern irid jgħaddi liġi li tneħħi d-dritt taċ-ċittadin li jitlob inkjesta maġisterjali fejn ikun hemm suspett ta’ korruzzjoni u kriminmalità.

Repubblika ttenni l-appoġġ sħiħ u s-solidarjetà sħiħa tagħha ma’ Robert Aquilina, mal-whistleblowers, mal-ġurnalisti u ma’ kull min jiġġieled il-ħmieġ.

Intennu l-appell liċ-ċittadini ta’ rieda tajba jissieħbu magħna fil-protesta għas-sewwa nhar il-Ħadd 16 ta’ Frar 2025 fl-4pm minn quddiem il-Parlament.