L-abbuż minn persuni f’karigi pubbliċi huwa materja ta’ interess pubbliku, aktar w’aktar meta l-abbuż allegat ikun marbut ma’ uffiċċju pubbliku.
Repubblika tinnota t-talba li saret dwar inkjesta mibdija f’April 2017 dwar allegat tixħim bejn Keith Schembri u Brian Tonna.
Repubblika tistenna li l-Avukat Ġenerali twettaq id-dmirijiet tagħha u tieħu l-passi kollha meħtieġa fid-dawl ta’ dak misjub.
Niftakru li din l-inkjesta inbdiet kważi tliet snin u nofs ilu; nittamaw li m’hemmx interess li din tibqa’ fuq l-ixkaffa.
Niftakru wkoll li hemm inkjesti maġisterjali oħra dwar allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni minn uffiċjali pubbliiċi li ilhom għaddejja snin sħaħ.