Is-sejħa u l-ġlieda tagħna għall-ġustizzja tkompli.

Repubblika, Occupy Justice u manueldelia.com qed isejħu biex niltaqgħu illejla fis-7.30pm ħdejn il-memorjal ta’ Daphne Caruana Galizia fi Pjazza l-Assedju l-Kbir fil-Belt.

Nitolbu lil kull min se jattendi biex jilbes maskra jew visor u li jżomm id-distanza ta’ prekawzjoni.

Illum, it-32 xahar mill-assassinju ta’ Daphne, se nkomplu ninsistu għall-verita’ sħiħa dwar il-qtil tagħha u se ntennu li mhux ser nistrieħu qabel issir ġustizzja sħiħa.

Aħna determinati li nkomplu l-ġlieda tagħha kontra l-korruzzjoni u l-ħmieġ li qed jifnu lill-pajjiżna.

Niltaqgħu illejla fis-7.30pm.