Repubblika tirreferi għal rimarki li għamel dalgħodu l-Kummissarju tal-Pulizija. Qal li hu “intimidat” għax Repubblika tikkritikah għax ma jiħux azzjoni kontra l-kriminali u l-korrotti.
Il-protesta paċifika mhix intimidazzjoni. Kieku Angelo Gafa qed jagħmel xogħolu, kien juri li ma jħallix lill-kriminali – qattiela, stupraturi, ħallelin, frodisti, u politiċi korrotti – jintimidawh.
Imma Angelo Gafa mhux jagħmel xogħolu u qed jiddejjaq li ċittadini onesti mhumiex jibżgħu jfakkruh li mhux iwettaq dmiru.