Edward Zammit-Lewis wera li m’għandux sens ta’ ġudizzju tajjeb u r-rekord tiegħu juri li mhux xieraq biex ikun imħallef. Għidna lill-kumitat li jagħżel l-imħallfin x’inhuma r-raġunijiet għall-oġġezzjonijiet tagħna:

  1. Iddefenda lil Konrad Mizzi u Keith Schembri meta nqabdu fil-Panama Papers.
  2. Iddefendihom meta kien ċar li kellhom jirċievu flus mingħand 17 Black ta’ Yorgen Fenech.
  3. M’assumiex responsabbiltà meta inkjesta sabet il-gvern li kien fih responsabbli għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
  4. Minkejja li kien il-ministru responsabbli, ma implimenta xejn mir-riformi li talbet l-inkjesta fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
  5. Innamra ma’ Yorgen Fenech f’relazzjoni mhix xierqa u moħbija mill-pubbliku waqt li kien ministru tal-gvern u meta Yorgen Fenech kien issuspettat li kkorrompa ministri oħra tal-gvern.
  6. Injora l-pariri ta’ korpi internazzjonali biex jassigura l-indipendenza tal-ġudikatura u s-saltna tad-dritt.