3. Ċrieki konċentriċi

L-Inkjesta m’għandhiex l-iskop li tiddetermina responsabbiltà kriminali f’dan il-każ, u għalhekk dawn is-sottomissjonijiet ma jesprimu l-ebda fehma dwar l-akkużi mressqa kontra għadd ta’ individwi li ġew akkużati li wettqu l-qtil jew li qabbdu kompliċi fih jew li għattewlhom, u dwar l-evidenza mismugħa kontrihom s’issa. Madankollu hu ċar li, għalkemm dan il-każ jaf involva bosta persuni, … Continued

2. It-termini ta’ referenza

Skont it-termini ta’ referenza, l-Inkjesta għandha l-għan li tikseb dawn ir-riżultati: “jiġi determinat jekk xi att jew ommissjoni illeċita minn, jew fi ħdan, xi entità tal-Istat iffaċilitatx l-assassinju jew naqsitx milli tipprevjenih. B’mod partikolari jekk (a) xi entità tal-Istat kinitx taf jew kellhiex tkun taf dwar, jew ikkawżatx, riskju reali u immedjat, inkluż mill-aġir kriminali … Continued

1.3 Minn mindu nqatlet Daphne

Sal-mument tal-kitba, Daphne Caruana Galizia nqatlet 39 xahar ilu. Il-kampanja biex tiżolaha, tiskreditaha u temarġinaha bdiet ħafna żmien qabel u għadha t-tattika tal-korrotti u ta’ dawk li mhumiex demokratiċi, sal-lum il-ġurnata. Sal-lum għadu ħadd m’għadda ġuri għall-assassinju tagħha. Joseph Muscat, Keith Schembri, Konrad Mizzi, Chris Cardona u bosta oħrajn m’għadhomx fil-kariga u irrispettivament minn jekk … Continued

1.2 Il-falliment tas-soċjetà ċivili

Intbaħna li bħala ċittadini konna qed insegwu u naqraw il-kitbiet ta’ Daphne sempliċiment bħala spettaturi. Donnu kien xi għamla ta’ divertiment li konna distakkati minnu. Aġixxejna daqslikieku ma kellna l-ebda responsabbiltà li naħdmu biex inbiddlu dak li kien qed jiġri. Fil-ħajja demokratika konna qed nieħdu sehem biss dakinhar tal-elezzjoni bil-vot tagħna, u abdikajna mir-responsabbiltà tagħna … Continued

1.1 Minnufih wara l-qtil ta’ Daphne

Sa mill-bidu nett, il-moviment tagħna attribwixxa parzjalment l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia għall-fallimenti istituzzjonali u ta’ individwi f’karigi istituzzjonali meta naqsu li jaqdu dmirhom u jipproteġu ħajjet Daphne Caruana Galizia bħala individwu u bħala element tas-soċjetà ċivili li jaġixxi indipendentement u liberament mill-kontroll tal-gvern. Wara ftit sigħat mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, tlabna għat-tneħħija jew … Continued

1. Repubblika

L-Unur Tiegħu Michael MalliaL-Unur Tagħha Abigail LofaroL-Unur Tiegħu Joseph Said Pullicino Għeżież Membri tal-Bord tal-Inkjesta, Ħajr għal din l-opportunità li nippreżentaw il-kunsiderazzjonijiet tagħna bil-miktub qabel jitfasslu l-konklużjonijiet finali tal-Inkjesta. 1. Repubblika Repubblika twaqqfet formalment nhar il-25 ta’ Jannar 2019 f’konformità mal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji (il-Kapitolu 492 tal-Liġijiet ta’ Malta) “biex tippromwovi d-drittijiet ċivili, il-ħajja demokratika, … Continued

Sommarju Eżekuttiv

Repubblika hija tal-fehma li din l-Inkjesta kienet waħda eċċezzjonali meta mqabbla mar-reazzjoni tal-Istat Malti għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Inkjesta li staqsiet mistoqsijiet diffiċli lix-xhieda u wettqet l-uniku għamla ta’ stħarriġ bir-reqqa taċ-ċirkostanzi li fihom ġiet assassinata Daphne Caruana Galizia u l-kawżi tad-delitt, kif dan tħalla jseħħ u l-fallimenti tal-Istat Malti meta naqas li jieħu … Continued