4.7 Il-konċessjoni tas-sit tal-ITS

F’Marzu 2020, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (l-NAO) sab li l-proċess tat-trasferiment tal-art fejn kien hemm l-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’Pembroke lill-Grupp DB kien miżgħud nuqqasijiet. L-NAO jirrapporta10 li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru għat-Turiżmu taw verżjonijiet kunfliġġenti rigward id-deċiżjoni tal-għoti tal-art u xeħtu r-responsabbiltà fuq xulxin (7.3.1). L-Uffiċċju esprima d-dubju tiegħu li dan il-proċess mexa skont ir-Regolamenti … Continued

4.6 Il-kutrabandu tal-fjuwil u traffikar ieħor

Għal diversi snin wara l-gwerra ċivili fil-Libja, operaturi bbażati f’Malta pparteċipaw u kkordinaw il-kuntrabandu tal-fjuwil bejn il-milizzji u l-ġellieda Libjani, u l-kriminalità organizzata Taljana. L-operazzjonijiet ta’ kuntrabandu użaw ibħra, portijiet u faċilitajiet infrastrutturali Maltin biex iwettqu l-operazzjonijiet tagħhom. F’Marzu 2016, il-Bord tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Libja, li jirrapporta lill-Kunsill tas-Sigurtà, stqarr li l-fjuwil bil-kuntrabandu mil-Libja kien … Continued

4.5 Henley & Partners

Inizjattiva politika ewlenija oħra tal-2013/14 li ħa l-gvern ta’ Joseph Muscat kienet l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija lil klijenti li ħafna minnhom kienu anonimizzati. Din l-iskema, li ma ssemmietx fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista ta’ Joseph Muscat, insatret fis-segretezza. Daphne Caruana Galizia u oħrajn esponew għadd ta’ benefiċjarji b’rabta mal-involviment tagħhom f’attivitajiet illegali jew illeċiti li kellhom … Continued

4.4 Il-Panama Papers

Meta Daphne Caruana Galizia kixfet li Keith Schembri u Konrad Mizzi bdew iwaqqfu kumpaniji fil-Panama mill-għada li kisbu l-poter f’Marzu 2013, l-investigazzjonijiet tagħha ġew miċħuda b’mod kategoriku. Minkejja li r-rappurtaġġ tagħha ġie kkonfermat b’mod indipendenti mill-pubblikazzjonijiet tal-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi, it-tnejn li huma baqgħu fil-kariga tagħhom sa Novembru 2019. Għall-bidu, il-gvern argumenta li r-rappurtaġġ ta’ … Continued

4.3 Il-Pilatus Bank

Fl-ewwel xhur wara l-elezzjoni ta’ Marzu 2013, il-gvern ta liċenzja lil Ali Sadr Hashemi Nejad, ċittadin Iranjan b’diversi identitajiet u ċittadinanzi, biex jiftaħ bank Ewropew f’Malta. Minkejja l-oġġezzjonijiet tal-awtoritajiet Maltin li l-Pilatus Bank kien nadif tazza, l-investigazzjonijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew sabu li l-Pilatus Bank kien magna tal-ħasil tal-flus għall-klijenti tiegħu u finalment il-bank kellu jingħalaq. … Continued

4.2 John Dalli

Qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013, il-pulizija wrew l-interess tagħhom f’John Dalli, li kien irreżenja bid-diżunur minn Kummissarju Ewropew f’Ottubru 2012 minħabba evidenza miġbura mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF). Wara investigazzjoni ulterjuri mill-Pulizija Maltija, dawn u l-Avukat Ġenerali dehrilhom li kien hemm bażi biżżejjed għall-prosekuzzjoni ta’ John Dalli. Angelo Gafà, dakinhar investigatur tal-pulizija u … Continued

4.1 Jiżżarma kull xkiel għat-trażżin

Mill-għada tal-elezzjoni tal-2013, Joseph Muscat talab ir-riżenja tas-Segretarji Permanenti kollha, saħansitra qabel ħatar il-Kabinett tal-Ministri. Din id-deċiżjoni effettivament dgħajfet is-servizz pubbliku, u xekklitu fit-twettiq tal-funzjoni tiegħu li  jiżgura memorja istituzzjonali u kontinwità amministrattiva u li jaġixxi bħala kuxjenza legali għat-tmexxija politika tal-amministrazzjoni. Is-sinjal li bagħtet l-amministrazzjoni fl-ewwel sigħat tagħha kien li s-servizz pubbliku ma kienx … Continued

4. Impunità għall-persuni fil-poter

L-Inkjesta semgħet evidenza dettaljata li turi li s-saltna tad-dritt kienet qed tiżżarma b’mod sistematiku minħabba l-fallimenti konsistenti tal-awtoritajiet responsabbli meta naqsu li jressqu ċertu kategorija ta’ kriminali quddiem il-ġustizzja. M’aħniex se nistħarrġu mill-ġdid l-evidenza jew it-testimonjanza ppreżentata lill-Inkjesta iżda se nisiltu wħud mill-aktar eżempji importanti li wasslu għat-twemmin li f’Ottubru 2017, is-saltna tad-dritt f’Malta kienet … Continued

3.2 Qtil ikkummissjonat

Mingħajr preġudizzju għall-preżunzjoni tal-innoċenza tal-persuni akkużati li wettqu l-qtil ta’ Daphne jew li kienu kompliċi fih, jidher ċar li l-allegati assassini aġixxew skont l-istruzzjonijiet ta’ “klijenti” jew “bosses” li qabbduhom jew ordnawlhom iwettqu r-reat. Anki l-boss jew il-bosses ħassew li aktarx mhux se jinqabdu biex iħallsu għal għemilhom. Parzjalment, wieħed jista’ jassumi li dawn ħasbu … Continued

3.1 Sensiela ta’ karozzi bomba

L-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia b’karozza bomba ma kienx l-ewwel qtil jew attentat ta’ qtil ta’ din l-għamla fis-snin li wasslu għall-qtil tagħha. Madankollu, matul dawk is-snin u wara d-diversi karozzi li splodew qabel4 Ottubru 2017, m’aħniex konxji li saru arresti mill-pulizija b’rabta ma’ dawk l-isplużjonijiet. L-arresti li saru wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia … Continued