6.3 Nuqqas ta’ sigurtà xierqa

L-Istat Malti naqas li jipprovdi sigurtà xierqa lil Daphne Caruana Galizia biex jipproteġiha, jew naqas li jipprovdi xi għamla ta’ sigurtà oħra b’mod indipendenti mill-intervent u s-superviżjoni tal-figuri politiċi li kienet qed tinvestiga. Daphne kienet fil-periklu u kienet imġielgħa tippreferi tibqa’ fil-periklu biex tkun tista’ twettaq il-ġurnaliżmu tagħha bil-kunfidenzjalità li xogħolha jeħtieġ, biex tkun tista’ … Continued

6.2 Valutazzjoni indipendenti tar-riskju

Xejn ma jissuġġerixxi li l-Istat għandu xi abbiltà vijabbli, jew protokoll fis-seħħ, biex jivvaluta u jiddeċiedi dwar ir-riskju fuq il-ħajja tal-ġurnalisti, il-familji tagħhom u  l-proprjetà tagħhom, jew biex jieħu deċiżjonijiet effettivi li jipprovdu protezzjoni b’mod awtonomu mill-persuni fil-poter li jaf ikunu skomdi b’din il-protezzjoni. Bħalissa hemm 24 ġurnalist Taljan li jgħixu bi protezzjoni armata. Id-deċiżjoni … Continued

5.4 X’kien id-dmir tal-Istat f’dan il-kuntest?

L-Istat Malti kien fid-dmir li jinvestiga u jaġixxi minnufih fuq ir-rivelazzjonijiet ta’ Daphne Caruana Galizia, mingħajr ma jitqiesu l-poteri u l-influwenza li kellhom dawk l-awturi tal-kriminalità msemmija fir-rappurtaġġ tagħha. L-Istat Malti kien fid-dmir li jiżgura li bħala ġurnalista u ċittadin attiv li tipprovdi servizz lill-pajjiż bil-ġurnaliżmu u bl-attiviżmu tagħha, Daphne Caruana Galizia kellha l-protezzjoni minn … Continued

5.3 It-trolling fuq l-internet

Din ir-realtà li Daphne Caruana Galizia kellha taffaċċja għal għexieren ta’ snin laħqet il-milja tagħha fl-aħħar snin bi trolling qawwi u kkoordinat fuq l-internet, u b’diskors ta’ mibegħda bla rażan jew kontroll li f’għajnejn bosta persuni ssokta l-attakki kontra d-dinjità umana tagħha. Dan wasal sal-punt li anki meta nqatlet b’karozza bomba, l-aktar persuni estremi li … Continued

5.2 Mobilizzazzjoni tal-midja

Il-kampanja ta’ attakki kontra d-dinjità umana ta’ Daphne li nedew il-mexxejja politiċi kellha l-appoġġ tal-midja partiġġjana mmexxija mill-figuri politiċi għoljin ikkonċernati. B’mod mill-aktar qawwi, din il-pressjoni ġiet mill-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista. Iżda hu minnu wkoll li għal xi żmien, din ġiet mill-midja tal-Partit Nazzjonalista meta anki l-eks Kap tiegħu kien is-suġġett ta’ investigazzjonijiet minn Daphne … Continued

5.1 Theddid sistematiku mibdi minn persuni b’karigi ta’ poter politiku

It-tmexxija politika tal-pajjiż – minn Joseph Muscat ’l isfel – iddeskriviet sistematikament lil Daphne Caruana Galizia bħala giddieba u fabrikatur tal-istejjer, u li għal raġunijiet partiġġjani kienet qed tippreżenta dawn l-istejjer bħala verità. Dawn il-mexxejja politiċi tennew u attribwew b’mod falz għal Daphne Caruana Galizia bosta opinjonijiet jew dikjarazzjonijiet li qatt ma qalet jew kitbet, … Continued

5. Protezzjoni lil ħajjet Daphne Caruana Galizia minn kull riskju immedjat

L-Inkjesta ntalbet tiddetermina jekk xi entità tal-Istat kinitx taf jew kellhiex tkun taf dwar, jew ikkawżatx, riskju reali u immedjat, għall-ħajja ta’ Daphne Caruana Galizia, inkluż bl-aġir kriminali ta’ xi terza persuna. L-Inkjesta ngħatat biżżejjed evidenza dokumentata li turi li Daphne Caruana Galizia kienet mhedda b’mod sistematiku. Minbarra dan, bis-sehem attiv ukoll ta’ bosta persuni … Continued

4.8 Azzjoni legali vessatorja minn Chris Cardona

Meta Daphne Caruana Galizia rrappurtat li Chris Cardona aġixxa b’mod indiċenti waqt safra uffiċjali, hu irritalja b’kawżi ta’ libell vessatorji u b’mandat ta’ sekwestru qawwi. Sal-lum għadu ma ssostanzjax l-istqarrija tiegħu li kien ġie akkużat b’mod skorrett, u fil-fatt abbanduna l-każ tiegħu u dak li rrappurtat Daphne Caruana Galizia  għadu jgħodd. Fil-mument tal-assassinju ta’ Daphne … Continued