7.7 Finanzjament tal-kampanji

F’dan il-kuntest, il-kostituzzjoni sottostanti u mhux miktuba tal-istrutturi tal-poter tagħna għadha mhix regolata u għadha vulnerabbli fundamentalment għall-korruzzjoni. Parti żgħira biss mid-dħul tal-partiti politiċi jfondiha l-Istat. Il-maġġorparti tar-riżorsi tagħhom jiksbuhom b’finanzjament mingħand il-privat. Il-finanzjament privat tal-partiti politiċi jirrifletti l-espressjoni ħielsa, iżda r-regolamentazzjoni u s-sorveljanza huma dgħajfa u għalhekk il-partiti jkollhom jidħlu f’relazzjonijiet dipendenti mal-kontributuri tagħhom. … Continued

7.6 Abbuż mill-kariga u mġiba ħażina fil-kariga

Il-qafas leġiżlattiv tagħna wera li hu dgħajjef ukoll fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Jeħtieġ ikun reat kriminali li fondi pubbliċi jintefqu b’mod irresponsabbli, bil-ħela, jew għall-benefiċċju tal-interessi privati minflok għall-interess pubbliku jew bħala kontribut għall-ġid komuni. L-infiq ta’ fondi pubbliċi mill-gvern ta’ Joseph Muscat biex jiġu kkumpensati xhieda potenzjali ta’ korruzzjoni u jinxtara s-skiet tagħhom jew tissokta … Continued

7.5 Waqfien jew tfixkil fil-kors tal-ġustizzja

Jeħtieġ ikun hemm deterrent ċar biex jiġi evitat li l-persuni f’awtorità politika jużaw u jabbużaw mill-poter tagħhom biex jipprevjenu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet b’rabta mal-kondotta tagħhom jew ta’ xi assoċjati u alleati politiċi tagħhom. Jeħtieġ ikun reat speċifiku li persuna b’kariga pubblika tipprova tfixkel lill-pulizija, lill-prosekuturi, lil investigaturi jew lil uffiċjali oħra bħall-Awditur Nazzjonali, l-Ombudsman jew … Continued

7.4 Rikkezzi mhux spjegati

L-infurzar tal-liġijiet kontra l-kriminalità finanzjarja, inkluż it-tixħim u l-korruzzjoni, hu notorjament diffiċli minħabba l-għodod disponibbli għall-kriminali biex jgħattu xturhom. Madankollu, kull min għandu ferm aktar rikkezzi minn kemm jiġġustifika l-introjtu spjegat tiegħu, hu l-benefiċjarju ta’ introjtu li ma jistax jiġġustifika. Bħala eżempju nistgħu nieħdu l-każ ta’ Alfred Degiorgio li qed jiġi akkużat bil-qtil ta’ Daphne … Continued

7.3 Infurzar tal-liġi federali għal reati federali

Il-kriminalità organizzata hija globalizzata, u fil-kuntest Ewropew tisfrutta l-libertajiet tal-moviment tal-persuni u l-flus. Il-kriminali jisfruttaw il-kombinament tal-integrazzjoni tas-suq Ewropew u l-frammentazzjoni tal-pulizija u l-ġustizzja fl-UE. L-istrutturi attwali ta’ kooperazzjoni jiddependu fuq ir-rieda tajba u l-kooperazzjoni tal-forzi lokali. Ċertament li fil-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, dan ma saritx dejjem kif mistenni. L-eks direttur eżekuttiv tal-Europol … Continued

7.2 Leġiżlazzjoni kontra l-mafja

Il-pajjiżi li għandhom leġiżlazzjoni kontra l-mafja (bħad-dispożizzjoni Taljana 416bis17 fil-kodiċi kriminali ta’ dak il-pajjiż u l-hekk imsejjaħ “Racketeer Influenced and Corrupt Organisations Act”18 fl-Istati Uniti), jiddefinixxu organizzazzjoni tat-tip tal-mafja bħala organizzazzjoni li l-membri tagħha jużaw is-setgħa tal-intimidazzjoni minn rabtiet ta’ sħubija, l-istat ta’ ħakma, u kultura ta’ segretezzi li din trawwem, biex jitwettaq reat, biex … Continued

7.1 Reat tal-mafja

Kieku kellna napplikaw il-liġi kriminali Taljana għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-assassinju jissejjaħ att terroristiku “di stampo mafioso”. Il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia ma kienx maħsub biss biex itemm ħajjitha. Kien maħsub ukoll biex xogħolha u l-attiviżmu tagħha jinbidlu bis-silenzju ħalli l-persuni li ddeċidew li joqtluha jibqgħu għaddejjin bil-pjanijiet tagħhom mingħajr xkiel. Riedu jnisslu l-biża’ … Continued

7. Dispożizzjonijiet effettivi tal-liġi kriminali

L-Inkjesta ntalbet tistabbilixxi jekk l-Istat kellux u għandux fis-seħħ dispożizzjonijiet ta’ liġi kriminali effettivi u mezzi oħra prattiċi biex jevita li jiżviluppa Stat ta’ de facto impunità bl-okkorrenza spissa ta’ atti kriminali li ma jissolvewx u biex jiddisswadi mit-twettiq ta’ reati kriminali serji, bl-appoġġ ta’ makkinarju ta’ infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, it-trażżin, l-investigazzjoni u l-kastig tal-vjolazzjonijiet … Continued

6.5 Interess internazzjonali

Din il-kolleġġjalità u s-solidarjetà ġdida joħorġu mill-aktar fid-dieher fl-interess internazzjonali li attira l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, li aktarx issorprendiet lill-awturi tad-delitt. Il-ġurnalisti u l-attivisti li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq is-sitwazzjoni f’Malta, u dan jgħin biex dak li sar fil-konfront ta’ Daphne jkun improbabbli li jirrepeti ruħu fiż-żmien li ġej. Għallinqas … Continued

6.4 L-Istat u l-midja indipendenti

Il-ġurnalisti u l-attivisti kritiċi għadhom fil-mira ta’ attakki personali mill-mexxejja politiċi li jesponu jew jikkritikaw. Ix-xandir pubbliku jaġixxi daqslikieku hu l-portavuċi tal-gvern. L-istazzjonijiet televiżivi tal-partiti politiċi huma sfruttati bħala għodda  għall-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni tal-kritiċi; u ċ-ċittadini li jkollhom il-kuraġġ jipprotestaw fil-limiti tal-liġi jisfaw vittmi ta’ attakki partiġġjani. It-trolling fuq il-midja soċjali għadu sistematiku, ikkoordinat b’mod … Continued