11. “Daphne” m’għandhiex tkun kontroversja

Il-maturità ċivika ta’ din il-komunità tiddependi fuq kif tittratta l-Istorja tagħha stess. L-isforz kontra l-mafja f’pajjiżi bħall-Italja jistrieħ fuq il-memorja kollettiva tal-vittmi tagħha. Dan mhux proċess ta’ beatifikazzjoni jew ta’ glorifikazzjoni kif jissuġġerixxu ħażin dawk li jopponu l-kawża tal-ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia. Dan huwa proċess ta’ tixrid tal-verità, li mingħajru ma jista’ jkun hemm … Continued

10. It-tħassib tagħna llum

Filwaqt li tissokta s-sejħa tagħna għal ġustizzja mingħajr aktar dewmien fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia, it-tħassib tagħna llum hu aktar profond milli kien fis-16 ta’ Ottubru 2017, wara nofsinhar, meta konna lkoll maħsudin u rrabjati. Jidhrilna li t-tmexxija politika tal-gvern u tal-partit fil-gvern qatt ma kkundannat l-azzjonijiet u l-fallimenti tal-gvern ta’ Joseph Muscat. Il-pulizija ma … Continued

9. Miżuri li jħarsu lill-ġurnalisti

L-Inkjesta ntalbet tiddetermina jekk l-Istat Malti wettaqx u jekk hux qed iwettaq l-obbligu pożittiv li jieħu miżuri operazzjonali ta’ prevenzjoni biex jipproteġi lill-individwi li l-ħajja tagħhom tkun fir-riskju minn atti kriminali, b’mod partikolari fil-każ tal-ġurnalisti. F’dawn is-sottomissjonijiet nispjegaw għalfejn nemmnu li dan l-obbligu ma twettaqx. Inżidu r-raġunijiet għalfejn nemmnu li l-Istat Malti għadu jonqos minn … Continued

8.2 Ħtieġa ta’ inkjesti ulterjuri

M’hemmx dubju li l-gvernijiet isibuha bi tqila li jgħaddu minn proċessi ta’ inkjesta dwar l-imġiba tagħhom, madankollu l-istħarriġ tad-deċiżjonijiet u n-nuqqasijiet amministrattivi u t-tagħlim minnhom għandhom ikunu konsegwenza ewlenija tas-separazzjoni tal-poteri u tal-maturità tal-esperjenza nazzjonali. Jeħtieġ tkun fid-diskrezzjoni tal-fergħa leġiżlattiva, li taġixxi indipendentement mill-gvern (u għalhekk bl-inizjattiva wkoll tal-Oppożizzjoni parlamentari), li tniedi inkjesti biex tinkiseb … Continued

8.1 Din l-Inkjesta fil-kuntest

L-interess tal-aġenziji internazzjonali kien kruċjali biex il-gvern jasal jiftaħ din l-Inkjesta. F’dan il-każ, kienu l-intervent dirett tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa flimkien ma’ protesti pubbliċi sinifikanti li ġiegħlu lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat jirrikorri għal kwalunkwe salvawomu politiku li seta’ jsib, u li rattbu r-ras iebsa tal-gvern wara sentejn ta’ reżistenza. Sa mill-bidu nett, din l-Inkjesta … Continued

8. Is-siwi tal-inkjesti pubbliċi

Biex nissostanzjaw l-argument tagħna f’dan ir-rigward, se nirreferu għal din l-Inkjesta stess. Din l-Inkjesta saret kontra r-rieda tal-gvern, minflok minħabba fiha. Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, bl-appoġġ tas-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti, wettqu kampanja għal sentejn sħaħ biex titwaqqaf l-Inkjesta u tħabtu kontra r-reżistenza qawwija u determinata tal-gvern u ta’ aġenziji oħra tal-Istat Malti.

7.11 “Pajjiżna jixraqlu ġustizzja”

Minnufih wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat kien qal, “Il-pajjiż jixraqlu ġustizzja.”29 Il-kumment kellu l-istess stil bħal kummenti li għamel band’oħra, meta stqarr li dan kien oltraġġ għad-demokrazija u l-espressjoni ħielsa f’Malta. Dawn il-kelmiet saħqu l-importanza ta’ dan ir-reat fil-kuntest korrett. Bla dubju, bħal fil-każ ta’ kwalunkwe reat ieħor, il-vittmi … Continued

7.10 Qafas istituzzjonali inadegwat

L-inadegwatezza tal-qafas leġiżlattiv tagħna tkompli tiggrava bin-nuqqas tal-Istat Malti li jinforza l-liġijiet li diġà għandna għal reat kriminali ta’ din l-iskala u dan is-sinifikat. L-Inkjesta semgħet evidenza ta’ kollużjoni, jew mill-anqas ta’ qrubija inaċċettabbli u kompromettenti, bejn it-tmexxija tal-investigazzjoni tal-pulizija dwar min ikkummissjona l-assassinju, u l-persuna li eventwalment ġiet akkużata li allegatament hi l-moħħ wara … Continued

7.9 Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni

Il-gvern qed juri nuqqas kbir ta’ entużjażmu għal riformi b’rabta mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi ħdanu. Nirreferu għas-sejbiet tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (il-GRECO) tal-Kunsill tal-Ewropa, li ħafna mir-rakkomandazzjonijiet tiegħu28 għadhom mogħtija l-ġenb. Dawn jeħtieġ jitqiesu mill-ġdid għax l-adozzjoni tagħhom tista’ tgħin biex tonqos it-tossiċità tal-ambjent li wassal għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, ġurnalista kontra l-korruzzjoni. … Continued

7.8 Protezzjoni lill-informaturi

Fil-kuntest tas-segretezza inerenti għal raġunijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, b’mod partikolari fl-akkwist pubbliku, evidenza kredibbli ta’ għemil ħażin tista’ tiġi żgurata biss jekk xi persuni minn jeddhom jiddeċiedu li jikkooperaw u jiksru l-kunfidenzjalità billi jipprovdu lill-istampa, lill-pubbliku, u eventwalment lill-awtoritajiet, evidenza li huma biss għandhom aċċess għaliha. Mid-definizzjoni tagħhom, l-informaturi huma vulnerabbli. Jaf jitilfu l-introjtu tagħhom … Continued