L-interess tal-aġenziji internazzjonali kien kruċjali biex il-gvern jasal jiftaħ din l-Inkjesta. F’dan il-każ, kienu l-intervent dirett tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa flimkien ma’ protesti pubbliċi sinifikanti li ġiegħlu lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat jirrikorri għal kwalunkwe salvawomu politiku li seta’ jsib, u li rattbu r-ras iebsa tal-gvern wara sentejn ta’ reżistenza.
Sa mill-bidu nett, din l-Inkjesta kellha pressjoni kontinwa mill-gvern biex jillimita l-firxa tal-kompetenza tagħha b’mod aktar ristrett mit-termini ta’ referenza tagħha, u biex jisforzaha tikkonkludi qabel iż-żmien meħtieġ biex tissodisfa l-obbligu tagħha.
L-esperjenza ta’ dan il-Bord hija evidenza diretta, apparti kollox, ta’ kemm il-gvern ma kienx lest jippermetti lill-Istat Malti jirreaġixxi kif xieraq għall-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, u ta’ kemm ma kienx lest joħroġ il-verità kollha u jippreżentaha fil-beraħ b’mod li tkun tista’ tittieħed azzjoni konsegwenzjali xierqa.