Biex nissostanzjaw l-argument tagħna f’dan ir-rigward, se nirreferu għal din l-Inkjesta stess. Din l-Inkjesta saret kontra r-rieda tal-gvern, minflok minħabba fiha. Il-familja ta’ Daphne Caruana Galizia, bl-appoġġ tas-soċjetà ċivili u l-midja indipendenti, wettqu kampanja għal sentejn sħaħ biex titwaqqaf l-Inkjesta u tħabtu kontra r-reżistenza qawwija u determinata tal-gvern u ta’ aġenziji oħra tal-Istat Malti.