L-Inkjesta ntalbet tistabbilixxi jekk l-Istat kellux u għandux fis-seħħ dispożizzjonijiet ta’ liġi kriminali effettivi u mezzi oħra prattiċi biex jevita li jiżviluppa Stat ta’ de facto impunità bl-okkorrenza spissa ta’ atti kriminali li ma jissolvewx u biex jiddisswadi mit-twettiq ta’ reati kriminali serji, bl-appoġġ ta’ makkinarju ta’ infurzar tal-liġi għall-prevenzjoni, it-trażżin, l-investigazzjoni u l-kastig tal-vjolazzjonijiet serji tal-liġi.