L-Istat Malti naqas li jipprovdi sigurtà xierqa lil Daphne Caruana Galizia biex jipproteġiha, jew naqas li jipprovdi xi għamla ta’ sigurtà oħra b’mod indipendenti mill-intervent u s-superviżjoni tal-figuri politiċi li kienet qed tinvestiga. Daphne kienet fil-periklu u kienet imġielgħa tippreferi tibqa’ fil-periklu biex tkun tista’ twettaq il-ġurnaliżmu tagħha bil-kunfidenzjalità li xogħolha jeħtieġ, biex tkun tista’ tipproteġi lis-sorsi tagħha, u biex tevita li l-persuni li tkun se tesponi jaħbu t-traċċi tagħhom.
Nisħqu li ma nafu bl-ebda evidenza li l-Istat irrikonoxxa dawn in-nuqqasijiet jew li wera xi intenzjoni li jindirizzahom.