L-Inkjesta semgħet evidenza dettaljata li turi li s-saltna tad-dritt kienet qed tiżżarma b’mod sistematiku minħabba l-fallimenti konsistenti tal-awtoritajiet responsabbli meta naqsu li jressqu ċertu kategorija ta’ kriminali quddiem il-ġustizzja. M’aħniex se nistħarrġu mill-ġdid l-evidenza jew it-testimonjanza ppreżentata lill-Inkjesta iżda se nisiltu wħud mill-aktar eżempji importanti li wasslu għat-twemmin li f’Ottubru 2017, is-saltna tad-dritt f’Malta kienet fi stat dubjuż ħafna.