Nirreferu għall-aħbar li l-eks-President ta’ Repubblika Robert Aquilina issejjaħ għal interrogazzjoni dwar dak li kiteb u stqarr rigward l-inkjesta maġisterjali fil-Pilatus Bank, aktarx biex jintalab jikxef is-sorsi li tawh l-informazzjoni li fuqha bbaża l-kitbiet u l-istqarrijiet tiegħu.

Intennu dan li ġej:

1.⁠ ⁠Il-whistleblowers huma essenzjali għal kull ġlieda serja kontra l-korruzzjoni. Mingħajrhom il-ħażin jibqa’ moħbi u jibqa’ jsir. Għandna liġi li suppost tipproteġi ‘l-whistleblowers imma miktuba biex tintimidahom. Iżda l-protezzjoni tal-whistleblowers hi parti mil-liġi Ewropea u allura l-liġi tagħna wkoll.

2.⁠ ⁠Il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem jipproteġu d-dritt ta’ ġurnalisti u kittieba li jipproteġu lis-sorsi tagħhom. Dan hu meħtieġ biex ikollna tassew il-libertà nkunu informati b’dak li jkun irid jaħbi l-korrott u l-kriminal.

Dawn huma prinċipji legali li jipproteġu lid-demokrazija tagħna u kull attentat mill-Pulizija u mill-awtoritajiet li jgħaffġu dawn il-prinċipji hu oltraġġ fuq id-drittijiet fundamentali ta’ kull ċittadin.

Repubblika se tuża l-mezzi kollha li ttiha l-liġi biex tipproteġi dan id-dritt.