Vicki Ann Cremona
PRESIDENT

Vicki Ann Cremona ħadet pożizzjoni attiva fis-soċjetà ċivili wara l-qtil orribbli ta’ Daphne Caruana Galizia u ngħaqdet ma’ Repubblika fiż-żmien li kienet qed tiġi ffurmata. Hija serviet bħala President ta’ Repubblika fl-2019-20. Hija temmen fl-istat tad-dritt u d-drittijiet demokratiċi ta’ kulħadd u hija kontra kull forma ta’ oppressjoni jew diskriminazzjoni. Professur fl-Università ta’ Malta, ħadmet ukoll bħala Ambaxxatriċi għal Malta fi Franza u t-Tuneżija (2005 -2013). Hija kitbet, editjat u ttraduċiet artikli u kotba ppubblikati internazzjonalment, fosthom “Carnival and Power: Play and Politics in a Crown Colony” (Palgrave Macmillan 2018).