Delegazzjoni minn Repubblika mmexxija mit-Teżorier Paula Fleri Soler flimkien mal-Membru tal-Kumitat Edward Warrington u l-Uffiċjal Eżekuttiv Manuel Delia llum iltaqgħet ma’ membri tal-korp diplomatiku dwar is-sitwazzjoni tas-saltna tad-dritt f’Malta.
Għal-laqgħa ta’ informazzjoni attendew l-Ambaxxatur Tanja Beyer tal-Ġermanja, il-Kummissarju Għoli Matt Skelly tal-Awstralja, l-Ambaxxatur Tomasz Czyszek tal-Polonja, l-Ambaxxatur Djoeke Adimi tal-Olanda, ix-Chargé d’Affaires Ken Toko tal-Istati Uniti, id-Deputat Ambaxxatur Christophe Jean ta’ Franza, u d-Deputat Ambaxxatur Aisling Kearns tal-Irlanda.
Il-laqgħa saret fl-ambaxxata tal-Olanda f’Ta’ Xbiex.