Niċċelebraw il-Ħajja u x-Xogħol ta’ Ġurnalista Investigattiva Qalbiena

Niċċelebraw il-Ħajja u x-Xogħol ta’ Ġurnalista Investigattiva Qalbiena

🌿 Ingħaqad magħna nhar it-Tlieta 16 ta’ April biex niċċelebraw u nonoraw il-ħajja u x-xogħol ta’ ġurnalista investigattiva qalbiena li ħallset l-ogħla prezz b’ħajjitha għax ħabbet lil pajjiżna. 1️⃣ Quddiesa In Memoriam📍 Knisja ta’ San Franġisk t’Assisi, Valletta⏰️ 6.00 p.m.Iċċelebrata minn Mgr Joseph Bajada 2️⃣ Velja għall-Verità u l-Ġustizzja📍 Misraħ l-Assedju l-Kbir, Valletta⏰️ 7.00 p.m. … Continued

Schembri u Valletta Għandhom Jitressqu l-Qorti

Schembri u Valletta Għandhom Jitressqu l-Qorti

Repubblika marret il-qorti wara dak li qal l-Imħallef Lawrence Mintoff din il-ġimgħa biex titlob lill-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali jgħidu x’se jagħmlu fuq il-leaks lampanti minn Kastilja waqt l-investigazzjoni tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-fatti li tkellem dwarhom l-Imħallef Mintoff ilhom magħrufa u Repubblika ilha tisħaq fuqhom is-snin. Imma Keith Schembri u oħrajn għadhom igawdu … Continued

Kelmtejn mill-President

Kelmtejn mill-President

Ħbieb, Insellmilkom u nirrangrazzjakom tas-sapport li tagħtuna u li jimliena b’kuraġġ kbir. Bħal kull sena, Repubblika se tfakkar is-sitt xahar mill-anniversarju tal-mewt ta’ Daphne billi t-Tlieta 16 ta’ April tiġi ċċelebrata quddiesa fis-6.00 ta’ fil-għaxija fil-knisja ta’ San Franġisk, Triq ir-Repubblika, Valletta, u wara ninġabru quddiem il-mafkar tagħha faċċata tal-Qorti biex nisimgħu diskorsi minn Caoilfhionn … Continued

Repubblika Involuta fi Proġett Kbir tal-UE bi sħab ma’ Tliet Organizzazzjonijiet Ewropej

Repubblika Involuta fi Proġett Kbir tal-UE bi sħab ma’ Tliet Organizzazzjonijiet Ewropej

Repubblika qed tieħu sehem fl-akbar proġett tagħha ffinanzjat mill-UE s’issa, billi tagħti kontribut ġdid għall-missjoni tagħha li żżomm lill-gvern responsabbli u ssaħħaħ l-istat tad-dritt. Aħna waħda minn erba’ organizzazzjonijiet sħab Ewropej involuti fil-proġett ta’ sentejn u €200,000 li jesplora l-mod kif l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jsaħħu l-ħidma tal-ġurnaliżmu investigattiv. Il-proġett, li beda f’Diċembru, jissejjaħ SINFO, … Continued

L-ewwel Laqgħa  ta’ Repubblika taħt il-presidenza l-ġdida ta’ Vicki Ann Cremona

L-ewwel Laqgħa ta’ Repubblika taħt il-presidenza l-ġdida ta’ Vicki Ann Cremona

Repubblika għamlet l-ewwel laqgħa tagħha taħt il-presidenza l-ġdida ta’ Vicki Ann Cremona nhar it-Tnejn 25 ta’ Marzu.Filwaqt li laqa’ lill-Prof Cremona fir-rwol il-ġdid tagħha, il-Kumitat irringrazzja wkoll lil Dr Robert Aquilina għas-servizz mill-aqwa li ta lill-organizzazzjoni.Ir-Repubblika hija impenjata li ssegwi bla waqfien it-triq tagħha biex tiżgura li s-saltna tad-dritt tirbaħ, u ssegwi l-verità u l-ġustizzja … Continued

Robert Aquilina jindirizza l-LĠA għall-aħħar darba

Robert Aquilina jindirizza l-LĠA għall-aħħar darba

Hekk kif it-terminu tiegħek bħala President joqrob lejn tmiemu, aħna nirringrazzjawk għat-tmexxija ta’ ispirazzjoni, il-kreattività u t-tenaċità tiegħek. Taħt il-presidenza tiegħek, Repubblika għamlet suċċess u ffjorixxiet. Aħna ċerti li se nibqgħu nikkollaboraw fix-xogħol tagħna għall-ġustizzja għal Daphne u għal Malta. Din żgur mhix tislima tal-aħħar. Grazzi.

L-Ambaxxatur tal-Ġermanja Żzur l-Uffiċċju ta’ Repubblika

L-Ambaxxatur tal-Ġermanja Żzur l-Uffiċċju ta’ Repubblika

Dalgħodu kellna laqgħa importanti ħafna mal-Ambaxxatur tal-Ġermanja l-Eċċellenza Tagħha Tanja Beyer fl-uffiċċju ta’ Repubblika fl-Imqabba. L-Ambaxxatur Beyer kienet interessata fix-xogħol tagħna biex intejbu lil Malta. Ippreżentajnielha materjal stampat ta’ Repubblika u l-ktieb ta’ Robert Aquilina Pilatus. Naturalment, Daphne Caruana Galizia u l-ġlieda tagħna għall-ġustizzja għaliha u għall-istejjer tagħha kienu fost it-temi prinċipali li ddiskutejna.