Tiberio Bentivoglio kien fostna ftit ijiem ilu, għat-tifkira tas-seba’ sena mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Xehed fostna kif ilu jixhed tant snin il-kuraġġ tiegħu u ta’ min bħalu jiġġieled kontra l-kriminali mafjużi u għas-sewwa.

Aħna ta’ Repubblika nesprimu solidarjetà ma’ Tiberio Bentivoglio u l-familja tiegħu wara attakk viljakk ieħor li sofrew. Xi ħadd ta n-nar lil propjetà ta’ Tiberio Bentivoglio li qered maħżen agrikolu u l-għodda kollha li kienet fih.

Il-President tagħna Vicki Ann Cremona llum tkellmet bit-telefon ma’ Tiberio Bentivoglio u wasslitlu l-ħsibijiet tagħna lkoll. Nixtiqulu kuraġġ fil-ġlieda tiegħu kontra il-kriminalità organizzata.