Repubbblika tifraħ u tawgura lill-Fondazione Falcone li llum qed tinawgura l-uffiċju tagħha ġewwa Malta.

Filwaqt li nfakkru lil Daphne Caruana Galizia, Giovanni Falcone, Paolo Borsellino u lill-vittmi kollha tal-kriminalità organizzata, inġeddu l-impenn tagħna lejn soċjetà nadifa u nħarsu ‘l quddiem għall-ħidma flimkien favur il-ġustizzja, is-saltna tad-dritt u l-imġieba xierqa fil-ħjja pubblika.