Il-Poplu Malti Mhux il-Karus tal-Partit Laburista
Prim Ministru, Dr Randolph De Battista,
Imisskom tistħu.
Issa xbajna narawkom tużaw it-taxxi tagħna u l-ħatriet pubbliċi ta’ pajjiżna biex taparsi ssolvu l-problemi ta’ bejknietkom.
Ma nifilħux narawkom titħanżru aktar waqt li tippridkawlna l-meritokrazija u l-politika progressiva.
Il-kliem vojt tagħkom ma jfisser xejn. Li jgħodd huma d-deċiżjonijiet li tieħdu. Ġibtu l-pajjiż, l-istituzzjonijiet u l-uffiċċji pubbliċi daqs li kieku huma propjetà tagħkom li tqassmu kif tridu biex ma taqilgħux inkwiet lil xulxin.
Prim Ministru, Dr De Battista,
Ambaxxatur jirrappreżenta lill-pajjiż, mhux lill-Partit Laburista. Ambaxxatur huwa mħallas minna u mhux mill-kuntratturi li jiffinanzjaw il-Partit Laburista. Ambaxxatur għandu jinħatar għax kapaċi u mhux biex ma jaqlax inwkiet lill-Partit Laburista.
Kulma qed tgħidu lill-uliedna huwa biex ma jistinkawx u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom. L-importanti huwa li tkun fil-qalba tal-klikka.
Imisskom tistħu.
Repubblika