{"id":8234,"date":"2025-05-09T18:53:00","date_gmt":"2025-05-09T16:53:00","guid":{"rendered":"https:\/\/repubblika.org\/?st-import=aabbea26ad7cd526a6ba1ec6e959ce48"},"modified":"2025-05-09T18:53:00","modified_gmt":"2025-05-09T16:53:00","slug":"rapport-ta-hidma-tal-kumitat-ezekuttiv-2024-2025-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/rapport-ta-hidma-tal-kumitat-ezekuttiv-2024-2025-2\/","title":{"rendered":"Rapport ta\\&#8217; \u0126idma tal-Kumitat E\u017cekuttiv 2024-2025"},"content":{"rendered":"<p class=\"wp-block-paragraph\">Dan ir-rapport ikopri l-perjodu Jannar 2024 sa April 2025.<\/p>\n\n\n\n<h1 class=\"wp-block-heading\"><a><\/a>Xog\u0127ol tal-Kumitat<\/h1>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Matul is-16-il xahar li g\u0127addew il-Kumitat E\u017cekuttiv ta\u2019 Repubblika ltaqa\u2019 30 darba. Medjament il-Kumitat jiltaqa\u2019 kull \u0121img\u0127atejn biex jie\u0127u d-de\u010bi\u017cjonijiet me\u0127tie\u0121a dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjoni u jikkoordina l-attivitajiet tal-voluntiera u l-impjegati tag\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">F\u2019Marzu 2024 irri\u017cenja minn President u Membru tal-Kumitat ta\u2019 Repubblika <a href=\"\/mt\/\"https:>Robert Aquilina<\/a>. Laqg\u0127a tal-Membri sellmet lil Robert f\u2019<a href=\"\/mt\/\"https:>laqg\u0127a nhar il-15 ta\u2019 Marzu tas-sena li g\u0127addiet<\/a>. Minn dakinhar kien hemm xi tibdil ie\u0127or fil-kompo\u017cizzjoni tal-Kumitat. Fit-13 ta\u2019 \u0120unju 2024, irre\u017cenjat <a href=\"\/mt\/\"https:>Alessandra Dee Crespo<\/a> minn Vi\u010bi-President u Membru tal-Kumitat E\u017cekuttiv. Alessandra kienet ilha attiva mit-twelid tal-organizzazzjoni tag\u0127na u attivista li \u0127admet \u0127afna tul is-snin g\u0127all-kaw\u017ca tag\u0127na. Ukoll wara li spi\u010b\u010bat mill-Kumitat, Alessandra kompliet bil-\u0127idma tag\u0127ha fis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili. Nirringrazjawha bil-qalb tax-xog\u0127ol li g\u0127amlet u li g\u0127ad trid tag\u0127mel b\u2019ri\u017cq is-sewwa u l-\u0121ustizzja.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">F\u2019dan i\u017c-\u017cmien ukoll issie\u0127bu fil-Kumitat \u017cew\u0121 membri \u0121odda, <a href=\"\/mt\/\"https:>Edward Warrington<\/a> u <a href=\"\/mt\/\"https:>Sandro Rossi<\/a>, li \u0121abu ener\u0121ija \u0121dida u perspettivi \u0121odda g\u0127ax-xog\u0127ol tal-Kumitat. Nawgurawlhom snin ta\u2019 \u0127idma.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Fis-6 ta\u2019 Settembru 2024 iltaqg\u0127et <a href=\"\/mt\/\"https:>Laqg\u0127a Spe\u010bjali tal-Membri<\/a> li kkonfermat lil Vicki Ann Cremona u lil Renato Camilleri fil-\u0127atriet tag\u0127hom ta\u2019 President u Vi\u010bi-President ta\u2019 Repubblika.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Minn Jannar 2024 sal-lum issie\u0127bu f\u2019Repubblika 88 membru \u0121did. Nirringrazjawhom li ssie\u0127bu mag\u0127na f\u2019dan l-impenn. Nafu li g\u0127andna \u0127afna sostenituri li mhumiex effettivament membri ta\u2019 Repubblika. Is-s\u0127ubija fl-asso\u010bjazzjoni tag\u0127na mhix biss \u0121est simboliku. Hi twe\u0121iba importanti g\u0127al min jakku\u017cana li nitkellmu biss f\u2019isimna, u g\u0127alina li qeg\u0127din fuq quddiem nirrappre\u017centaw il-fehma ta\u2019 Repubblika hu importanti li jkollna warajna b\u2019mod iddikjarat in-nies li jinkora\u0121\u0121una u li jaqsmu mag\u0127na fehmiet u xewqat dwar is-saltna tad-dritt f\u2019Malta. Hemm ukoll il-konsiderazzjoni finanzjarja tal-mi\u017cata li g\u0127alkemm \u017cg\u0127ira tag\u0127mel differenza sostanzjali.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">G\u0127alhekk in\u0127e\u0121\u0121ukom t\u0127ajru lil min tafu li jaqbel mag\u0127na biex <a href=\"\/mt\/\"https:>jissie\u0127eb fl-asso\u010bjazzjoni b\u0127ala membru tag\u0127na<\/a>.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Repubblika hi konformi mar-rekwi\u017citi regolatorji kollha. Fis-27 ta\u2019 Settembru 2024 l-Uffi\u010bju tal-Kummissarju dwar l-G\u0127aqdiet Volontarji <a href=\"\/mt\/\"https:>i\u010b\u010bertifikana b\u0127ala g\u0127al kollox konformi mar-rekwi\u017citi tal-li\u0121i<\/a>. Wara l-laqg\u0127a tal-lum inkunu nistg\u0127u nag\u0127mlu s-sottomissjonijiet annwali tag\u0127na biex in\u0121eddu dik i\u010b-\u010bertifikazzjoni.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Fit-taqsimiet li \u0121ejjin, ir-rapport jitkellem fuq is-sitt dimensjonijiet ewlenin tal-missjoni ta\u2019 Repubblika: l-attivi\u017cmu fil-qrati, \u0127idma \u010bivika, edukazzjoni, attivitajiet pubbli\u010bi, pro\u0121etti u s\u0127ubija internazzjonali.<\/p>\n\n\n\n<h1 class=\"wp-block-heading\"><a><\/a>Attivi\u017cmu fil-qrati<\/h1>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Repubblika kompliet bil-\u0127idma tag\u0127ha fil-qrati biex, fejn tista\u2019, t\u0127e\u0121\u0121e\u0121 lill-istituzzjonijiet iwettqu dmirhom fil-\u0121lieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalit\u00e0 organizzata, biex tirrapre\u017centa l-interessi tal-vittmi, u biex tipprote\u0121i d-drittijiet \u010bivi\u010bi u politi\u010bi fundamentali, partikolarment il-libert\u00e0 tal-espressjoni.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Kif irrappurtajna fl-img\u0127oddi t\u0127abatna bis-s\u0127i\u0127 fil-qrati dwar il-ka\u017c Pilatus Bank meta deher li l-awtoritajiet difnu dak li sabet <a href=\"\/mt\/\"https:>inkjesta ma\u0121isterjali<\/a>, biex nies suspettati li wettqu reati serji u li \u0127amm\u0121u isem pajji\u017cna mad-dinja kollha ji\u017cgi\u010b\u010baw il-\u0121ustizzja.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\"><a href=\"\/mt\/\"https:>Sfidajna lill-Kummissarju tal-Pulizija fil-qorti<\/a> talli <a href=\"\/mt\/\"https:>ma \u0127ax azzjoni wara l-inkjesta ma\u0121isterjali<\/a>. Dik l-isfida \u0121abet battalja fiha nfisha dwar l-g\u0127a\u017cla tal-ma\u0121istrat li semg\u0127et il-ka\u017c tag\u0127na. Tlabna li tinbidel il-Ma\u0121istrat assenjata g\u0127all-ka\u017c min\u0127abba li dehrilna li kellha kunflitt ta\\&#8217; lejaltajiet. <a href=\"\/mt\/\"https:>Il-qorti ma laqg\u0127etx it-talba li g\u0127amilna<\/a>, u <a href=\"\/mt\/\"https:>l-Magistrat idde\u010bidiet kontrina<\/a> fil-ka\u017c li \u0121ibna kontra l-Kummissjarju tal-Pulizija. Fid-de\u010bi\u017cjoni tag\u0127ha daret, fil-fehma tag\u0127na in\u0121ustament, fuq ix-xhieda li ta l-President Onorarju tag\u0127na Robert Aquilina.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Robert kien jaf ir-riskju li kien qed jie\u0127u meta bix-xhieda tieg\u0127u wera li <a href=\"\/mt\/\"https:>jaf x\u2019kienet tg\u0127id l-inkjesta ma\u0121isterjali<\/a>. Ir-riskju \u0127adu kollu fuqu u pprote\u0121a s-sorsi tieg\u0127u b\u2019kura\u0121\u0121 u ming\u0127ajr bi\u017ca g\u0127all-konsegwenzi li seta\u2019 jsofri. Wera bi\u010b-\u010bar li a\u0127na nobdu l-li\u0121i fedelment, imma ma n\u0127allu lil \u0127add jista\u0127ba wara l-li\u0121i biex iwettaq reati kriminali jew biex jg\u0127atti r-reati kriminali ta\u2019 \u0127addie\u0127or.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Nifhmu u naqblu li g\u0127andu jkun hemm segretezza biex in\u0127allu l-istituzzjonijiet tag\u0127na ja\u0127dmu bl-akbar responsabbilt\u00e0 f\u2019isimna u f\u2019isem il-\u0121ustizzja. Imma noqomsu meta s-segretezza minflok tintu\u017ca biex tin\u0127eba l-kriminalit\u00e0.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Id-de\u010bi\u017cjoni tal-Qorti li ma tordnax lill-Kummissarju jie\u0127u azzjoni fil-ka\u017c tal-Pilatus Bank kienet <a href=\"\/mt\/\"https:>ikkonfermata mill-Qorti Kriminali<\/a> li qalet li hu f\u2019idejn l-Avukat \u0120enerali li tidde\u010biedi g\u0127andhiex tittie\u0127ed azzjoni fil-ka\u017c tal-Pilatus Bank.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Bsarna li hekk kien ser ji\u0121ri. G\u0127alhekk <a href=\"\/mt\/\"https:>tellajna l-qorti wkoll lill-Avukat \u0120enerali<\/a>, billi tlabna lill-Qorti te\u017camina d-de\u010bi\u017cjoni tal-Avukat \u0120enerali li ma tressaqx lin-nies identifikati mill-inkjesta ma\u0121isterjali dwar il-Pilatus Bank.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Dik ukoll kienet battalja kbira. <a href=\"\/mt\/\"https:>L-Avukat \u0120eneral riedet li l-ka\u017c jinstema\u2019 wara l-bibien mag\u0127luqa<\/a> u \u0121abet kull forma ta\u2019 sku\u017ca biex issodd widnejn in-nies. <a href=\"\/mt\/\"https:>Il-Qorti ma belg\u0127etx l-argumenti tag\u0127ha<\/a>. Imma qabel tidde\u010biedi g\u0127andniex ra\u0121un jew le, il-Qorti trid tidde\u010biedi jekk Repubblika kellhiex dritt titlob dan l-e\u017cami \u0121udizzjarju.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-gvern argumenta li a\u0127na m\u2019a\u0127niex vittmi tal-allegati reati li se\u0127\u0127ew f\u2019Pilatus Bank: g\u0127alhekk staqsa xi dritt kellna nilmentaw? A\u0127na qed nargumentaw li g\u0127alkemm mhux a\u0127na biss vittmi tal-korruzzjoni u l-\u0127asil tal-flus f\u2019Pilatus Bank, imma b\u0127al kul\u0127add a\u0127na wkoll vittmi u f\u2019isimhom u f\u2019isimna qed nitkellmu u g\u0127andna dritt nitkellmu.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">G\u0127adna qed nistennew de\u010bi\u017cjoni f\u2019dan il-ka\u017c li, apparti li qed je\u017camina x\u2019g\u0127amlet u x\u2019m\u2019g\u0127amlitx l-Avukat \u0120enerali, qed je\u017camina kif fil-prattika se jit\u0127alla ja\u0127dem il-mekkani\u017cmu fil-li\u0121i li jippermetti lill-qrati jer\u0121g\u0127u je\u017caminaw id-de\u010bi\u017cjonijiet li tie\u0127u l-Avukat \u0120enerali.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Kaw\u017ca twila o\u0127ra hi dik li qed nag\u0127mlu <a href=\"\/mt\/\"https:>flimkien mad-Daphne Caruana Galizia Foundation<\/a> fil-ka\u017c ta\u2019 leaks ta\u2019 informazzjoni personali tal-votanti Maltin identifikati minn xi \u0127add jekk aktarx humiex \u0127bieb tal-gvern jew mhumiex. G\u0127amilna din il-kaw\u017ca mhux biss g\u0127ax dan hu ksur tal-privatezza. Din hi \u0121lieda akbar minn hekk: hi \u0121lieda kontra l-metodi tal-politika f\u2019Malta fejn partit jittimbrak bi pre\u0121udizzju biex jiddiskrimina kontrik u jqabbe\u017c \u2018il \u0127addie\u0127or fuq id-drittijiet tieg\u0127ek.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Sforz kbir ie\u0127or g\u0127addej fil-<a href=\"\/mt\/\"https:>kaw\u017ca li g\u0127amilna biex nirrappre\u017centaw lill-vittmi tal-korruzzjoni fil-ka\u017c tal-Electrogas<\/a>. Argumentajna hemhekk li kull min i\u0127allas kont tad-dawl qed i\u0127allas xi \u0127a\u0121a biex tmur fil-but tal-korrotti li rran\u0121aw dak il-kuntratt. Fl-ewwel Qorti tlifna g\u0127ax il-qorti qablet mal-gvern li missna morna f\u2019qorti o\u0127ra qabel biex nipprovaw nie\u0127du ra\u0121un. Appellajna u konna qed nistennew de\u010bi\u017cjoni sa din il-Laqg\u0127a \u0120enerali imma l-Qorti tal-Appell qaltilna nistennew naqra o\u0127ra.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Kif tafu wettaqna <a href=\"\/mt\/\"https:>kampanja twila kontra l-abbozz ta\u2019 li\u0121i<\/a> li effettivament i\u010ba\u0127\u0127ad li\u010b-\u010bittadin mid-dritt li jitlob li ssir inkjesta ma\u0121isterjali f\u2019ka\u017cijiet ta\u2019 suspett fondat li se\u0127\u0127 reat kriminali gravi. Issa li g\u0127addiet il-li\u0121i, bi \u0127siebna nift\u0127u <a href=\"\/mt\/\"https:>kaw\u017ca \u0121dida biex nitolbu dikjarazzjoni \u0121udizzjarja li l-li\u0121i tikser il-Kostituzzjoni<\/a>. Qed nu\u017caw argument stabbilit f\u2019kaw\u017ca famu\u017ca o\u0127ra li g\u0127amilna fl-istorja tag\u0127na li marret il-Qorti Ewropea tal-\u0120ustizzja li <a href=\"\/mt\/\"https:>kienet qalet li gvernijiet tal-Unjoni Ewropea ma jistg\u0127ux inaqqsu mill-qafas tas-saltna tad-dritt f\u2019pajji\u017chom<\/a>.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Fil-kaw\u017ca l-\u0121dida se nuru kif b\u2019ri\u017cultat tal-li\u0121i li l-gvern g\u0127adda mill-Parlament, pajji\u017cna \u010b\u010ba\u0127\u0127ad minn investigazzjonijiet importanti f\u2019ka\u017ci serji ta\u2019 allegata korruzzjoni. B\u0127alissa g\u0127addejjin il-prosekuzzjonijiet fil-ka\u017cijiet tal-<a href=\"\/mt\/\"https:>Vitals<\/a> u tal-<a href=\"\/mt\/\"https:>Electrogas<\/a>. I\u017c-\u017cew\u0121 ka\u017cijiet waslu s\u2019hawn min\u0127abba inkjesti ma\u0121isterjali li se\u0127\u0127ew wara talba ta\u2019 \u010bittadini privati. Din it-tieqa g\u0127all-\u0121ustizzja issa ssabtet f\u2019wi\u010b\u010b il-poplu Malti.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Waqt li qed nitkellmu dwar il-qorti, nixtiequ minn hawn insellmu u nibg\u0127atu s-solidarjet\u00e0 u l-im\u0127abba tag\u0127na lill-familja ta\u2019 Daphne Caruana Galizia li g\u0127addejjin mill-kalvarju li jisimg\u0127u mill-\u0121did ix-xhieda tal-qtil brutali u barbaru tal-ma\u0127buba tag\u0127hom. Il-\u0121lieda tag\u0127hom g\u0127all-\u0121ustizzja kienet twila wisq u t-tmiem g\u0127adu ma jidhirx fuq ix-xefaq. Inweg\u0127duhom li se nibqg\u0127u mag\u0127hom kemm hemm b\u017conn sakemm jistg\u0127u jaraw li l-in\u0121ustizzja kbira li qed issir mag\u0127hom fl-a\u0127\u0127ar tieqaf tittorturahom.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Insellmu minn hawn lil Robert Aquilina li baqa\u2019 jie\u0127u \u0127sieb b\u2019impenn s\u0127i\u0127 u\u0127ud mill-kaw\u017ci fil-qorti li semmejt. Insellmu lill-avukati tag\u0127na li ja\u0127dmu ming\u0127ajr kumpens u sempli\u010biment min\u0127abba s-sens ta\u2019 missjoni \u010bivika li g\u0127andhom. Insemmu lil Eve Borg Costanzi, lil Matthew Cutajar, lil Andrew Borg Cardona u lil Therese Comodini Cachia. Insellmu lil avukati o\u0127ra li jg\u0127inuna u li g\u0127al diversi ra\u0121unijiet ma nsemmux b\u2019isimhom. U insellmu lil Jason Azzopardi li hu l-mutur wara \u0127afna mill-azzjonijiet legali li nie\u0127du. Nirrangrazjawhom tassew.<\/p>\n\n\n\n<h1 class=\"wp-block-heading\"><a><\/a>\u0126idma \u010bivika<\/h1>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Repubblika hi attiva \u0127afna fil-promozzjoni tal-valuri u l-fehmiet tag\u0127na bit-tama li x-xog\u0127ol tag\u0127na jista\u2019 xi darba jwassal g\u0127al bidla mill-qieg\u0127 fil-kultura politika Maltija, biex b\u2019hekk ise\u0127\u0127u bidliet fil-prattika tal-politika u fil-governanza ta\u2019 Malta.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Parti kbira mix-xog\u0127ol tag\u0127na tiffoka fuq il-kontribut li ng\u0127atu g\u0127all-evalwazzjoni li ssir kull sena mill-Kummissjoni Ewropea tal-qag\u0127da tas-saltna tad-dritt f\u2019pajji\u017cna. Kull sena na\u0121\u0121ornaw il-po\u017cizzjoni tag\u0127na b\u2019ri\u010berka u dokumentazzjoni dwar dak li jkun qed ji\u0121ri u nfittxu li nispjegaw lill-Kummissjoni Ewropea r-realt\u00e0 spiss kerha f\u2019pajji\u017cna. Na\u0127dmu mill-qrib ma\u2019 s\u0127abna f\u2019g\u0127adqiet o\u0127ra fis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili biex filmkien in\u0127ejju po\u017cizzjonijiet kon\u0121unti fejn dawn jg\u0127inu l-missjoni tag\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Snin ilu n\u0127oloq forum ma\u0127sub biex is-so\u010bjeta\u2019 \u010bivili ta\u0127dem mal-awtoritajiet g\u0127al titjib fl-istat tal-governanza ta\u2019 Malta: dan hu l-programm mag\u0127ruf b\u0127ala <a href=\"\/mt\/\"https:>Open Government<\/a>. F\u2019Di\u010bembru 2023 il-gvern qalilna li kien se jag\u0127mel sforz biex jirriattiva dan il-pro\u010bess li kien ilu rieqed g\u0127axar snin. Dan il-pro\u010bess li jsir b\u2019metodolo\u0121ija ta\u2019 koperazzjoni bejn il-gvern u s-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili jinkludi t-twaqqif ta\u2019 <a href=\"\/mt\/\"https:>Multi-Stakeholder Forum<\/a> li j\u0121ib flimkien li\u017c-\u017cew\u0121 na\u0127at. Ma\u2019 g\u0127aqdiet o\u0127rajn urejna l-impenn tag\u0127na li na\u0127dmu mal-gvern g\u0127all-\u0121id tal-poplu tag\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">B\u0127ala Repubblika kellna l-privile\u0121\u0121 li r-rappre\u017centant tag\u0127na fil-Forum, <a href=\"\/mt\/\"https:>Manuel Delia<\/a>, ntag\u0127\u017cel minn s\u0127abna fis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili b\u0127ala co-chair tal-Forum biex jirrappre\u017centa lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili Maltija.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Minkejja t-tama tag\u0127na u l-kontribut li tajna\u2019 l-gvern malajr tilef l-interess fil-pro\u010bess u wara \u017cew\u0121 laqg\u0127at waqaf ilaqqa\u2019 \u2018l-Multistakeholder Forum. Ma naqtg\u0127ux qalbna. Mhux se n\u0127allu lilna nfusna nintu\u017caw b\u0127ala sku\u017ca tal-gvern g\u0127alfejn ma jsirx djalogu mas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili. A\u0127na dejjem hawn biex niddjalogaw: mill-gvern jonqos.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Infittxu kull opportunit\u00e0 biex il-gvern jismag\u0127na minkejja li dejjem jipprova jevitana. F\u2019Ottubru 2024 morna Varsavja biex nie\u0127du sehem fil-laqg\u0127a tal-OSCE &#8211; l-Organizzazzjoni g\u0127as-Sigurt\u00e0 u l-Koperazzjoni fl-Ewropa &#8211; li tlaqqg\u0127et ta\u0127t il-presidenza ta\u2019 Malta u li kienet miftu\u0127a g\u0127as-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili. U\u017cajna dik l-okka\u017cjoni rari biex inkellmu lill-gvern f\u2019post fejn ma setg\u0127ax jevita li jisma\u2019 l-appell tag\u0127na g\u0127al djalogu effettiv dwar riformi li jipprote\u0121u lid-demokrazija.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Ukoll f\u2019Ottubru 2024 ippubblikajna l-<a href=\"\/mt\/\"https:>Manifest u l-Istrate\u0121ija tag\u0127na kontra l-Korruzzjoni<\/a> li qed jixpruna l-azzjonijiet u l-inizjattivi li qed nie\u0127du u li qed insemmu f\u2019dan ir-rapport.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Minn \u017cmien g\u0127al \u017cmien \u0127ri\u0121na dokumenti o\u0127ra ta\u2019 politika li servew b\u0127ala ba\u017ci g\u0127al djalogu ma\u2019 g\u0127aqdiet o\u0127ra tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili, mal-korpi kostitwiti, mal-istampa u mal-pubbliku.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">G\u0127al dan ix-xog\u0127ol ta\u2019 ri\u010berka nsellmu lill-\u0127afna volontiera, esperti fil-qasam tag\u0127hom, nies li jew professjonalment jew akkademikament jg\u0127allmuna u jift\u0127ulna g\u0127ajnejna g\u0127al dak li jista\u2019 jsir u jg\u0127inuna niktbu dawn id-dokumenti. Nirringrazzjaw ukoll lill-voluntiera tradutturi u \u2018l-qarrejja tal-prova u lil min jg\u0127inna fil-pubbli\u010bit\u00e0 u t-tixrid tar-ri\u010berka li nag\u0127mlu.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Qed ninkludu wkoll fil-prioritajiet tag\u0127na djalogu mal-istituzzjonijiet tal-integrit\u00e0, ji\u0121ifieri l-ombudsman, l-awditur \u0121enerali, u l-kummissarju dwar l-istandards fil-\u0127ajja pubblika. Fid-9 ta\u2019 Di\u010bembru <a href=\"\/mt\/\"https:>fakkarna l-Jum Internazzjonali Kontra l-Korruzzjoni<\/a> b\u2019sessjoni kostruttiva ta\u2019 djalogu mal-mexxejja ta\u2019 dawn l-entitajiet. Tennejna mag\u0127hom l-impenn tag\u0127na li nag\u0127tu kontribut siewi fil-\u0127idma ta\u2019 pajji\u017cna kontra l-korruzzjoni u tennejna l-appo\u0121\u0121 tag\u0127na g\u0127ax-xog\u0127ol ta\u2019 fejda li jag\u0127mlu.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Din is-sena fost o\u0127rajn ippubblikajna <a href=\"\/mt\/\"https:>po\u017cizzjonijiet detalljati dwar it-tibdil li g\u0127amel il-gvern fil-li\u0121i dwar l-inkjesti ma\u0121isterjali<\/a> u bi <a href=\"\/mt\/\"https:>twe\u0121iba g\u0127al sej\u0127a g\u0127all-konsultazzjoni dwar il-volontarjat<\/a>.<\/p>\n\n\n\n<h1 class=\"wp-block-heading\"><a><\/a>Edukazzjoni<\/h1>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Fl-2024 tennejna l-impenn annwali li nxerrdu l-valuri tad-demokrazija u l-parte\u010bipazzjoni \u010bivika bil-programm tag\u0127na fl-iskejjel dwar <a href=\"\/mt\/\"https:>\u010aittadinanza Attiva u Responsabbli<\/a>. It-tema ta\u2019 din ir-raba\u2019 edizzjoni kienet: \u201cJimpurtani\u201d, il-\u0127sieb li u\u017ca Don Lorenzo Milani fl-iskola tieg\u0127u f\u2019Barbiana.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Nirringrazjaw tassew lill-voluntiera li g\u0127enuna din is-sena wkoll, partikolarment lil Mario Grech, Mary Ann Camilleri u Marion Pace Asciak.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">\u0126adu sehem din is-sena 143 student minn seba\u2019 skejjel differenti u b\u2019etajiet bejn 11 u 17-il sena. Studenti mill-Guardian Angel Secondary Education Resource Centre \u0127adu sehem b\u2019xog\u0127olijiet artisti\u010bi.<\/p>\n\n\n\n<h1 class=\"wp-block-heading\"><a><\/a>Attivitajiet pubbli\u010bi<\/h1>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Nhar is-sittax ta\u2019 kull xahar, flimkien mal-moviment Occupy Justice, iltqajna quddiem il-Qorti biex intennu s-sej\u0127a tag\u0127na biex tkun mag\u0127rufa l-verit\u00e0 u ssir \u0121ustizzja ma\u2019 Daphne Caruana Galizia, mal-familja tag\u0127ha, u mal-investigazzjonijiet \u0121urnalisti\u010bi tag\u0127ha.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">F\u2019Ottubru, ukoll flimkien ma\u2019 Occupy Justice, fakkarna s-seba\u2019 anniversarju mill-qtil tag\u0127ha wkoll b\u2019Roundtable li ddiskutiet l-Istrate\u0121ija Kontra l-Korruzzjoni u l-wiri ta\u2019 dokumentarju \u0121did li koprodu\u010bejna ma\u2019 Occupy Justice \u201c<a href=\"\/mt\/\"https:>Untangling the Mafia State<\/a>\u201d. Kellna mag\u0127na lill-\u0121urnalista <a href=\"\/mt\/\"https:>Fran\u00e7oise Laborde<\/a> li g\u0127amlet diskors pubbliku u \u017carna wkoll l-attivist <a href=\"\/mt\/\"https:>Tiberio Bentivoglio<\/a>.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Fid-19 ta\u2019 Frar 2024 <a href=\"\/mt\/\"https:>ipprotestajna quddiem l-Ambaxxata tal-Federazzjoni Russa<\/a> bi protesta wara l-mewt tal-attivist Alexey Navalny.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Fis-16 ta\u2019 Mejju 2024 <a href=\"\/mt\/\"https:>organizzajna ma\u2019 g\u0127aqdiet o\u0127ra protesta<\/a> biex tinsisti li ssir \u0121ustizzja fil-ka\u017c tal-korruzzjoni fl-isptarijiet. Fid-29 ta\u2019 Lulju 2024 <a href=\"\/mt\/\"https:>ipprotestajna biex nitolbu lill-Gvernatur tal-Bank \u010aentrali jerfa\u2019 responsabbilt\u00e0<\/a> waqt li qed iwie\u0121eb fil-qorti akku\u017ci kriminali. Fis-<a href=\"\/mt\/\"https:>16 ta\u2019 Frar<\/a> u fit-<a href=\"\/mt\/\"https:>2 ta\u2019 April 2025<\/a> ipprotestajna kontra t-tne\u0127\u0127ija tad-dritt ta\u010b-\u010bittadini li jitolbu inkjesti ma\u0121isterjali.<\/p>\n\n\n\n<h1 class=\"wp-block-heading\"><a><\/a>Pro\u0121etti<\/h1>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Flimkien ma\u2019 tliet organizzazzjonijiet s\u0127abna fl-Italja, fil-Bel\u0121ju u fir-Rumanija, wasalna tliet-kwarti tat-triq fit-tlestija tal-akbar pro\u0121ett finanzjat mill-programm <a href=\"\/mt\/\"https:>CREA tal-Unjoni Ewropea<\/a> li qatt g\u0127amilna s\u2019issa. Permezz ta\u2019 <a href=\"\/mt\/\"https:>S-INFO<\/a> (Sustainable Information) <a href=\"\/mt\/\"https:>ipprovdejna ta\u0127ri\u0121, opportunitajiet ta\u2019 networking, appo\u0121\u0121 psikolo\u0121iku, u appo\u0121\u0121 ie\u0127or lil \u0121urnalisti indipendenti Maltin<\/a>. Fl-istess waqt qarribnihom aktar ma\u2019 attivisti tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili Maltija. Nemmnu bis-s\u0127i\u0127 li l-akbar \u0121id li nistg\u0127u nag\u0127mlu g\u0127ad-demokrazija f\u2019Malta hu li nippromwovu l-verit\u00e0 u l-\u0121urnalisti indipendenti; l-attivisti tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili g\u0127andhom il-missjoni kon\u0121unta li j\u0121ibu l-verit\u00e0 g\u0127all-attenzjoni tal-pubbliku.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Fix-xhur li \u0121ejjin dan il-pro\u0121ett jitlesta b\u2019\u017cew\u0121 e\u017citi importanti. Fl-ewwel lok jitlestew tminn investigazzjonijiet \u0121urnalisti\u010bi, tnejn minnhom minn \u0121urnalisti li qed ja\u0127dmu f\u2019Malta, li appo\u0121\u0121jajna finanzjarjament u b\u2019appo\u0121\u0121 tekniku ie\u0127or. Il-verit\u00e0 se ssir aktar mag\u0127rufa. Fit-tieni lok se nibdew kampanja ta\u2019 informazzjoni bit-tema \u201cM\u2019hemm Ebda Demokrazija Ming\u0127ajr \u0120urnali\u017cmu\u201d li se tistrie\u0127 fuq Manifesti dwar Informazzjoni Sostenibbli. Il-finanzjament ta\u2019 dan il-pro\u0121ett jispi\u010b\u010ba aktar tard din is-sena. Hi t-tama tag\u0127na li nsibu fondi biex inkomplu dan ix-xog\u0127ol importanti.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Sadattant insellmu u nirrangrazjaw lil Mark Wood, il-project manager ta\u2019 Repubblika, li \u0127adem tant tajjeb fuq dan il-pro\u0121ett.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Din is-sena \u0127dimna wkoll fuq pro\u0121ett ie\u0127or iffinanzjat mill-programm CERV tal-Unjoni Ewropea jismu <a href=\"\/mt\/\"https:>RESTART<\/a> fejn wettaqna ri\u010berka dwar propjet\u00e0 abbandunata jew ikkonfiskata f\u2019Malta li tista\u2019 u g\u0127andha tintu\u017ca g\u0127al skop so\u010bjali.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Sadattant parti o\u0127ra importanti ta\u2019 dan il-pro\u0121ett isse\u0127\u0127 f\u2019Settembru li \u0121ej meta qed nippjanaw <a href=\"\/mt\/\"https:>programm ta\u2019 ta\u0127ri\u0121 g\u0127al attivisti \u017cg\u0127a\u017cag\u0127<\/a> biex in\u0127ajjruhom u nag\u0127tuhom l-g\u0127odda me\u0127tie\u0121a biex ja\u0127dmu biex jipprote\u0121u d-demokrazija.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Grazzi g\u0127al finanzjament tal-programm <a href=\"\/mt\/\"https:>ERASMUS+ tal-Unjoni Ewropea<\/a>, Repubblika ta\u0127dem mal-organizzazzjonijiet s\u0127abna fin-network <a href=\"\/mt\/\"https:>CHANCE<\/a>, Civic Hub Against Organised Crime in Europe. Permezz ta\u2019 dan il-programm nikkoordinaw l-isforzi tag\u0127na biex nikkomunikaw mal-istituzzjonijiet Ewropej waqt li nibnu wkoll ir-relazzjonijiet me\u0127tie\u0121a biex nibqg\u0127u nattiraw finanzjament mill-Unjoni Ewropea. F\u2019Ottubru li g\u0127adda ospitajna f\u2019Malta lill-membri ta\u2019 CHANCE g\u0127al-laqg\u0127a annwali tag\u0127hom waqt li ssie\u0127bu mag\u0127na fit-<a href=\"\/mt\/\"https:>tifkira tas-seba\u2019 sena<\/a> mill-assassinju ta\u2019 Daphne Caruana Galizia.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Wara s-su\u010b\u010bess ta\u2019 pro\u0121ett pilota s-sena li g\u0127addiet, konsorzju Ewropew immexxi mill-organizzazzjoni Sortition Foundation u li tieg\u0127u Repubblika hi membru, <a href=\"\/mt\/\"https:>tqabbad mill-Kummissjoni Ewropea<\/a> biex jag\u0127\u017cel \u010bittadini biex jie\u0127du sehem fl-Assemblej Ewropej ta\u010b-\u010aittadini li qed jiltaqg\u0127u fi Brussell. Permezz tal-voluntiera tag\u0127na, li nirringrazjaw mill-qalb, din is-sena qed nibg\u0127atu sitt \u010bittadini Maltin biex jie\u0127du sehem fit-tmexxijja tad-demokrazija Ewropea tag\u0127na.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">I\u010b-\u010bittadini ma jintg\u0127a\u017clux g\u0127ax huma \u0127bieb tag\u0127na. It-toroq fejn immorru nfittxuhom jitilg\u0127u b\u2019lotterija. Kull minn jg\u0127ix f\u2019dik it-triq jew vi\u010bin hu mistieden jirre\u0121istra. U l-g\u0127a\u017cla ssir b\u2019lotterija fost dawk li jirre\u0121istraw. G\u0127ax nemmnu li d-demokrazija hi ta\u2019 kul\u0127add: ikun xi jkun il-partit li j\u0127addnu jew ukoll jekk sa dakinhar qatt ma wrew interess li jie\u0127du sehem fil-politika.<\/p>\n\n\n\n<h1 class=\"wp-block-heading\"><a><\/a>S\u0127ubija internazzjonali<\/h1>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Kif indikajt aktar kmieni Repubblika \u0121eddedt is-s\u0127ubija tag\u0127ha f\u2019\u017cew\u0121 networks Ewropej importanti g\u0127all-\u0127idma tag\u0127na f\u2019Malta u fl-Ewropa. A\u0127na membri ta\u010b-CHANCE network kif ukoll membri ta\u2019 S-COM, federazzjoni ta\u2019 entitajiet Ewropej asso\u010bjati fil-Bel\u0121ju g\u0127all-promozzjoni ta\u2019 komunikazzjoni u informazzjoni li huma sostenibbli u li jipprote\u0121u u jseddqu l-il\u0127na ta\u2019 l-i\u017cvanta\u0121\u0121jati.<\/p>\n\n\n\n<h1 class=\"wp-block-heading\"><a><\/a>Repubblika \u0120dida<\/h1>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Meta tismag\u0127hom mi\u0121bura flimkien dawn huma \u0127afna attivitajiet, i\u017cda huma \u0127afna anqas milli hi x-xewqa tag\u0127na li nag\u0127mlu. It-theddida g\u0127ad-demokrazija hi reali u r-ri\u017corsi, ir-rieda, u l-istamina ta\u2019 min irid jeqridha huma kbar. Kwa\u017ci x-xog\u0127ol kollu li jirnexxielna nag\u0127mlu jsir bil-volontarjat. G\u0127alkemm issa g\u0127andna \u017cew\u0121 impjegati min\u0127abba l-finanzjament g\u0127all-pro\u0121etti tal-Unjoni Ewropea, \u0127afna mill-\u0127in tag\u0127hom hu ne\u010bessarjament dedikat g\u0127at-twettiq ta\u2019 dawk il-pro\u0121etti li \u017cgur huma ta\u2019 fejda, imma we\u0127idhom mhumiex bi\u017c\u017cejjed biex nil\u0127qu r-ri\u017cultati li nixtiequ.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Ir-ri\u017cultat li nixtiequ hu li jkollna pre\u017cenza suffi\u010bjenti fil-komunit\u00e0 tag\u0127na li tkun tista\u2019 \u0121\u0121ib il-bidla kulturali li naspiraw g\u0127al pajji\u017cna. G\u0127al dan il-g\u0127an g\u0127andna b\u017conn aktar flus u aktar dirg\u0127ajn bil-kmiem imxammra.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Hu g\u0127alhekk dmir tieg\u0127i li ndur fuq kull min jg\u0127idilna nkomplu b\u2019\u0127idmietna fl-interess tat-tfal tag\u0127na. A\u0127na l-kbar g\u0127ixna l-a\u0127jar \u017cminijiet g\u0127ad-drittijiet fundamentali u d-demokrazija. Nafu lkoll b\u2019dak li qed ji\u0121ri madwarna li l-\u0121ejjieni hu aktar im\u010bajpar. T\u0127allux din il-fjamma li tkebbset min-nar li qatel lil Daphne Caruana Galizia tintefa\u2019 g\u0127ax ittraskurajna jew g\u0127ax qtajna qalbna. G\u0127inuna nibnu <a href=\"\/mt\/\"https:>Repubblika \u0120dida g\u0127al Malta \u0120dida<\/a>.<\/p>\n\n\n\n<div style=\"\\\"height:50px\\\"\" aria-hidden=\"\\\"true\\\"\" class=\"\\\"wp-block-spacer\\\"\"><\/div>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\"><em>Mag\u0127mul illum 9 ta\u2019 Mejju, 2025, fil-Laqg\u0127a tal-Membri ta\u2019 Repubblika, fil-Belt Valletta.<\/em><\/p>","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Dan ir-rapport ikopri l-perjodu Jannar 2024 sa April 2025. Xog\u0127ol tal-Kumitat Matul is-16-il xahar li g\u0127addew il-Kumitat E\u017cekuttiv ta\u2019 Repubblika ltaqa\u2019 30 darba. Medjament il-Kumitat jiltaqa\u2019 kull \u0121img\u0127atejn biex jie\u0127u d-de\u010bi\u017cjonijiet me\u0127tie\u0121a dwar l-attivitajiet tal-organizzazzjoni u jikkoordina l-attivitajiet tal-voluntiera u l-impjegati tag\u0127na. F\u2019Marzu 2024 irri\u017cenja minn President u Membru tal-Kumitat ta\u2019 Repubblika Robert Aquilina. Laqg\u0127a [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":8272,"comment_status":"closed","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[1],"tags":[],"class_list":["post-8234","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-uncategorized"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8234","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=8234"}],"version-history":[{"count":0,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/8234\/revisions"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8272"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=8234"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=8234"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=8234"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}