{"id":6220,"date":"2024-09-22T16:28:52","date_gmt":"2024-09-22T14:28:52","guid":{"rendered":"https:\/\/repubblika.org\/?st-import=09b061061922b2e36a179c257d7bbff1"},"modified":"2026-09-03T09:56:45","modified_gmt":"2026-09-03T07:56:45","slug":"pagna-tal-president-2","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/pagna-tal-president-2\/","title":{"rendered":"Pa\u0121na tal-President"},"content":{"rendered":"<p class=\"wp-block-paragraph\" style=\"\\\"font-size:11px\\\"\"><em>Image: Active &amp; Responsible Citizenship competition Category 2 finalists &#8211; Artwork by Jake Saunders, Heikel Makhlouka, Brandon Mifsud, Kieran Caruana, Jean Zammit, Morgan Zammit, and Denzel Marquett from the Guardian Angel School, \u0126amrun<\/em><\/p>\n\n\n\n<h4 class=\"wp-block-heading\"><strong>Il-libert\u00e0 ta\u010b-\u010aittadin<\/strong><\/h4>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Id-deputat Ewropew Sandro Ruotolo, li \u0121ie Malta darbtejn mistieden minn Repubblika, fakkar lill-Parlament Ewropew fil-missjoni ta\\&#8217; Giovanni Falcone: fittxu fejn mixjin il-flus, g\u0127aliex il-mafju\u017ci ma jib\u017cg\u0127ux mill-\u0127abs, i\u017cda jib\u017cg\u0127u li jitilfu xi okka\u017cjoni biex jag\u0127mlu il-flus. Mill-esperjenza tag\u0127na, nafu li l-mafju\u017ci jingannaw sija b\\&#8217;mezzi legali kif ukoll b\\&#8217;mod illegali. U jsikktu lil dawk li jiddenunzjawhom.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">F\\&#8217;Malta g\u0127andna \u0127afna e\u017cempji ta\\&#8217; flus li saru billi ntu\u017caw bil-qerq triqat legali biex \u0127allelin tal-istat ida\u0127\u0127lu kemxa flus \u0121o buthom g\u0127ad-dannu tal-poplu li j\u0127allas it-taxxi onestament. M\\&#8217;hemmx g\u0127alfejn infakkru fl-istorja ma\u0127mu\u0121a tal-Vitals, jew dik tal-Electrogas, jew anke l-mod kif bl-\\&#8221;allowances\\&#8221; \u010berti nies fi\u010b-\u010bivil jir\u010bievu pagi tal-blie\u0127 waqt li o\u0127rajn iridu jg\u0127ixu bil-paga baxxa li jaqilg\u0127u fl-a\u0127\u0127ar ta\\&#8217; kull xahar.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">L-ingann kontra l-interessi tal-poplu Malti ma kixfuhx il-pulizija. L-ewwel bniedma li kixfitu kien hemm min bilkemm emminha, u kien hemm min segwiha g\u0127ax g\u0127araf li kienet qieg\u0127da tg\u0127id il-verit\u00e0. I\u017cda Daphne Caruana Galizia tat \u0127ajja \u0121dida lill-\u0121urnali\u017cmu investigattiv fejn \u0121urnalisti kura\u0121\u0121ju\u017ci b\u0127alha qeg\u0127din jikxfu skandlu wara skandlu ta\\&#8217; korruzzjoni u reg\u0127ba g\u0127as-skapitu ta\\&#8217; nies ta\\&#8217; rieda tajba f\\&#8217;dan il-pajji\u017c. Tat \u0127ajja \u0121dida wkoll lis-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili. Huwa wara mewtha li a\u0127na, Repubblika, bdejna ne\u017cistu meta rajna li l-awtoritajiet ippruvaw inessuna mewta daqshekk krudili.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Din il-gimg\u0127a Robert Abela tkellem fuq \\&#8221;grupp \u017cg\u0127ir ta\\&#8217; nies\\&#8221; li jrid ira\u017c\u017can billi jer\u0121a\\&#8217; jda\u0127\u0127al l-akku\u017ca kriminali ta\\&#8217; libell. Jiena nistaqsi, g\u0127alfejn irid ira\u017c\u017canhom? X\\&#8217;ma jaqbillux il-prim ministru li dawn jg\u0127idu, jew li jattiraw l-attenzjoni tal-poplu fuq il-\u0127ama li \u010berti politi\u010bi jg\u0127odsu fiha g\u0127as-skapitu tal-istess poplu, ji\u0121ifieri tieg\u0127i u tieg\u0127ek?<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Fl-istess gimg\u0127a, grupp ta\\&#8217; madwar 150 tifel u tifla \u0121ew ippremjati minn Repubblika talli kitbu fuq it-tema ta\\&#8217; \\&#8221;Jimpurtani\\&#8221;. U se nikkwota mill-kitbiet tar-rebbie\u0127a b\u0127ala e\u017cempju ta\\&#8217; tfal u \u017cg\u0127a\u017cag\u0127 li jirriflettu fuq xi tfisser il-libert\u00e0:<\/p>\n\n\n\n<blockquote class=\"\\&quot;wp-block-quote is-layout-flow wp-block-quote-is-layout-flow\" is-style-default\\\"><p>\\&#8221;A\u0127na fid-dover:<br>Li nikkomunikaw it-t\u0127assib tag\u0127na pubblikament biex nqajmu kuxjenza fuq affarjiet gravi;<br>Li nipparte\u010bipaw f\\&#8217;dimostrazzjonijiet u azzjonijiet immexxija mill-komunit\u00e0 biex nag\u0127mlu pressjoni fuq dawk li jie\u0127du d-de\u010bi\u017cjonijiet;<br>Li nipprote\u0121u l-persuni li jie\u0127du po\u017cizzjoni pubblika f\\&#8217;kwistjonijiet nazzjonali;<br>Li nitkellmu fil-bera\u0127 u niddefendu l-valuri ta\\&#8217; \u0121ustizzja, tas-sewwa, sigurt\u00e0 u liberta biex ikollna so\u010bjet\u00e0 a\u0127jar.\\&#8221;<\/p><cite>C Caruana, year 9<\/cite><\/blockquote>\n\n\n\n<blockquote class=\"\\&quot;wp-block-quote\\&quot; is-layout-flow wp-block-quote-is-layout-flow\"><p>\\&#8221;G\u0127alija, id-demokrazija hi l-possibilit\u00e0 li kull \u010bittadin ikollu d-dritt li jesprimi l-opinjoni tieg\u0127u, li jag\u0127\u017cel il-mexxejja tieg\u0127u, u li fuq kollox ikun irrispettat.\\&#8221;<\/p><cite>M Stafrace, year 8<\/cite><\/blockquote>\n\n\n\n<blockquote class=\"\\&quot;wp-block-quote\\&quot; is-layout-flow wp-block-quote-is-layout-flow\"><p>\\&#8221;Id-diversit\u00e0 tal-\u0127sieb u tal-espressjoni jsa\u0127\u0127u d-dibattitu politiku u jag\u0127tu lok g\u0127al de\u010bi\u017cjonijiet u politika infurmati a\u0127jar, li jirriflettu l-b\u017connijiet u l-aspirazzjonijiet tal-komunit\u00e0 kollha.\\&#8221;<\/p><cite>K Spiteri, Junior College<\/cite><\/blockquote>\n\n\n\n<blockquote class=\"\\&quot;wp-block-quote\\&quot; is-layout-flow wp-block-quote-is-layout-flow\"><p>\\&#8221;Id-dritt fundamentali g\u0127as-sovranit\u00e0 popolari \u2013 li l-gvern i\u017comm il-kuntatt man-nies \u2013 huwa rrikonoxxut minn kul\u0127add i\u017cda huwa apprezzat minn ftit; id-dritt g\u0127all-parte\u010bipazzjoni politika \u2013 li n-nies ikunu in-kuntatt mal-gvern \u2013 huwa irrikonoxxut minn ftit u apprezzat minn ftit.\\&#8221;<\/p><cite>J Vella, De la Salle Sixth Form<\/cite><\/blockquote>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-libert\u00e0 tal-\u0127sieb, il-libert\u00e0 tal-kelma, il-libert\u00e0 tal-istampa, il-libert\u00e0 ta\\&#8217; nies li jin\u0121abru flimkien g\u0127al kaw\u017ca \u0121usta huma libertajiet li jiddefinixxu pajji\u017c demokratiku. Dawn la Robert Abela, la l-parlament, u la \u0127add m\\&#8217;g\u0127andu d-dritt ira\u017c\u017canhom jekk Malta g\u0127andha tibqa\\&#8217; tissejja\u0127 pajji\u017c demokratiku. U a\u0127na, l-erba\\&#8217; qtates ta\\&#8217; Repubblika, se nkomplu ni\u0121\u0121ieldu g\u0127al dawn il-libertajiet f\\&#8217;kull sfera: dik tal-fomm, tal-kitba, u anke tal-qrati fejn hemm b\u017conn.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Vicki Ann Cremona<br>President<\/p>","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Image: Active &amp; Responsible Citizenship competition Category 2 finalists &#8211; Artwork by Jake Saunders, Heikel Makhlouka, Brandon Mifsud, Kieran Caruana, Jean Zammit, Morgan Zammit, and Denzel Marquett from the Guardian Angel School, \u0126amrun Il-libert\u00e0 ta\u010b-\u010aittadin Id-deputat Ewropew Sandro Ruotolo, li \u0121ie Malta darbtejn mistieden minn Repubblika, fakkar lill-Parlament Ewropew fil-missjoni ta\\&#8217; Giovanni Falcone: fittxu fejn [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":8,"featured_media":8264,"comment_status":"closed","ping_status":"open","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[1],"tags":[],"class_list":["post-6220","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-uncategorized"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6220","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/8"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6220"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6220\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":10074,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6220\/revisions\/10074"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media\/8264"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6220"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6220"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6220"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}