{"id":5007,"date":"2024-04-09T09:19:08","date_gmt":"2024-04-09T07:19:08","guid":{"rendered":"https:\/\/repubblika.org\/?st-import=eca9272665ea378a3e50733fea924993"},"modified":"2026-08-25T17:14:16","modified_gmt":"2026-08-25T15:14:16","slug":"robert-abela-ghandu-jieqaf-jhedded-il-liberta-tal-kelma","status":"publish","type":"post","link":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/robert-abela-ghandu-jieqaf-jhedded-il-liberta-tal-kelma\/","title":{"rendered":"Robert Abela G\u0127andu Jieqaf Jhedded il-Libert\u00e0 tal-Kelma"},"content":{"rendered":"<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-\u0121urnali\u017cmu \u0127ieles u l-iskambju ming\u0127ajr xkiel tal-informazzjoni huma essenzjali g\u0127al kull demokrazija. Il-qtil ta\\&#8217; Daphne Caruana Galizia wera li f\\&#8217;Malta il-\u0121urnali\u017cmu \u0127ieles hu mhedded. L-inkjesta pubblika sabet li l-gvern hu responsabbli g\u0127al dan it-theddid. Kull riforma li trid issir, u li issa messha ilha li saret, g\u0127andha tkun hemm biex jieqaf it-theddid tal-gvern, mhux biex ji\u017cdied.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-kummenti tal-prim ministru, intenzjonati biex ixejnu t-tama li nisslet bid-diskors tag\u0127ha l-President ta\\&#8217; Malta, jheddu lil min irid li Malta jkollna libert\u00e0 tal-istampa b\\&#8217;aktar \\&#8221;regolamentazzjoni\\&#8221; li hi kelma o\u0127ra g\u0127al aktar ind\u0127il tal-gvern fil-\u0121urnali\u017cmu \u0127ieles.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-prim ministru jwa\u0127\u0127ad il-kun\u010bett ta\\&#8217; \\&#8221;pilastru tad-demokrazija\\&#8221; ma\\&#8217; \\&#8221;ferg\u0127a tal-gvern\\&#8221; u jg\u0127id li jekk il-\u0121urnali\u017cmu jkun rikonoxxut b\u0127ala \\&#8221;pilastru tad-demokrazija\\&#8221; allura jrid joqg\u0127od g\u0127al \\&#8221;checks and balances\\&#8221; b\u0127all-pilastri l-o\u0127ra. \u0126add mhu jipproponi li l-\u0121urnali\u017cmu \u0127ieles isir ferg\u0127a tal-gvern. U \u0127add mhu jipproponi li jsir xi tibdil kostituzzjonali li jkun ifisser xi poteri \u0121odda g\u0127all-\u0121urnali\u017cmu. Kemm ilna demokrazija suppost dejjem kellna \u0121urnali\u017cmu \u0127ieles.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Nissottolineaw g\u0127alhekk dak li qalet \u0121img\u0127a ilu l-President Myriam Spiteri Debono. \\&#8221;Il-media hija r-raba\\&#8217; pilastru fit-t\u0127addim tad-demokrazija.\\&#8221; Tibdil kostitizzjonali jista\\&#8217; biss jirrikonoxxi dak il-fatt, mhux jo\u0127olqu mix-xejn. Il-media \u0127ielsa hi minna nfisha check and balance g\u0127all-poter tal-gvern.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Li hemm b\u017conn, u li m\\&#8217;g\u0127andniex, hija garanzija kostituzzjonali li l-gvern jirrispetta l-obbligi demokrati\u010bi tieg\u0127u u jipprote\u0121i l-libert\u00e0 tal-kelma. Li hemm b\u017conn huma restrizzjonijiet kostituzzjonali u legali li ma kellniex meta min\u0127abba l-a\u0121ir tal-gvern inqatlet \u0121urnalista min\u0127abba xog\u0127olha.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Dak li g\u0127andu ji\u0121ri hu sew dokumentat fir-rapport tal-inkjesta pubblika li ilu pubbliku minn Lulju 2021.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-gvern g\u0127andu jkun trasparenti u jieqaf jostakola l-libert\u00e0 tal-informazzjoni. Il-gvern g\u0127andu j\u017carma l-kontroll li g\u0127andu fuq ix-xandir pubbliku. Il-gvern g\u0127andu jin\u017ca l-kontroll li g\u0127andu fuq l-infieq diskriminatorju ta\\&#8217; flus pubbli\u010bi fil-media. Il-gvern g\u0127andu jieqaf ju\u017ca l-mezzi tieg\u0127u, inklu\u017ci mezzi tal-partit fil-gvern, biex jintimida u jhedded lill-\u0121urnalisti. Il-parlament g\u0127andu jille\u0121i\u017cla kontra l-kaw\u017ci SLAPP, anke dawk li jori\u0121inaw f\\&#8217;Malta stess.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">G\u0127andha titne\u0127\u0127a s-segretezza tal-finanzjament tal-partiti politi\u010bi (u l-kumpaniji tag\u0127hom, partikolarment l-a\u017cjendi medjati\u010bi). Ir-relazzjonijiet bejn ministri u negozjanti g\u0127andhom ikunu regolati bil-li\u0121i biex ikun hemm trasparenza. Il-lobbying g\u0127andu jkun regolat. Min g\u0127andu aktar flus milli jista\\&#8217; juri minn fejn \u0121abhom, g\u0127andhom jitti\u0127dulu. G\u0127andu jkun reat li uffi\u010bjal pubbliku jostakola l-\u0121ustizzja jew jabbu\u017ca mill-poter. G\u0127andu jkollna li\u0121i kontra l-mafja.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Dawn huma r-rakkomandazzjoni tal-inkjesta pubblika wara l-qtil ta\\&#8217; Daphne Caruana Galizia. Dawn ir-riformi g\u0127adhom ma sarux g\u0127ax il-gvern ta\\&#8217; Robert Abela ma riedx jag\u0127milhom. U g\u0127adu sal-lum ma bediex konsultazzjoni dwar imqar wa\u0127da minn dawn ir-riformi.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Minflok issa qed jhedded regolamentazzjoni \u0121dida biex jikkontrolla aktar lill-\u0121urnalisti.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-President Myriam Spiteri Debono \u0121img\u0127a ilu fakkret biex \\&#8221;ma ninsewx, i\u017cda, li g\u0127ad baqa\\&#8217; \u0127afna xi jsir fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet illi \u0127ar\u0121u mill-inkjesta dwar l-assassinju ta\\&#8217; Daphne Caruana Galizia.\\&#8221; Il-kummenti tal-prim ministru l-biera\u0127 ifakkruna g\u0127alfejn g\u0127adu ma sar xejn.<\/p>","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Il-\u0121urnali\u017cmu \u0127ieles u l-iskambju ming\u0127ajr xkiel tal-informazzjoni huma essenzjali g\u0127al kull demokrazija. Il-qtil ta\\&#8217; Daphne Caruana Galizia wera li f\\&#8217;Malta il-\u0121urnali\u017cmu \u0127ieles hu mhedded. L-inkjesta pubblika sabet li l-gvern hu responsabbli g\u0127al dan it-theddid. Kull riforma li trid issir, u li issa messha ilha li saret, g\u0127andha tkun hemm biex jieqaf it-theddid tal-gvern, mhux biex [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"author":1,"featured_media":5006,"comment_status":"closed","ping_status":"closed","sticky":false,"template":"","format":"standard","meta":{"site-sidebar-layout":"default","site-content-layout":"","ast-site-content-layout":"default","site-content-style":"default","site-sidebar-style":"default","ast-global-header-display":"","ast-banner-title-visibility":"","ast-main-header-display":"","ast-hfb-above-header-display":"","ast-hfb-below-header-display":"","ast-hfb-mobile-header-display":"","site-post-title":"","ast-breadcrumbs-content":"","ast-featured-img":"","footer-sml-layout":"","ast-disable-related-posts":"","theme-transparent-header-meta":"","adv-header-id-meta":"","stick-header-meta":"","header-above-stick-meta":"","header-main-stick-meta":"","header-below-stick-meta":"","astra-migrate-meta-layouts":"default","ast-page-background-enabled":"default","ast-page-background-meta":{"desktop":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"ast-content-background-meta":{"desktop":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"tablet":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""},"mobile":{"background-color":"var(--ast-global-color-5)","background-image":"","background-repeat":"repeat","background-position":"center center","background-size":"auto","background-attachment":"scroll","background-type":"","background-media":"","overlay-type":"","overlay-color":"","overlay-opacity":"","overlay-gradient":""}},"footnotes":""},"categories":[17],"tags":[],"class_list":["post-5007","post","type-post","status-publish","format-standard","has-post-thumbnail","hentry","category-pr"],"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5007","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts"}],"about":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"}],"author":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/users\/1"}],"replies":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=5007"}],"version-history":[{"count":1,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5007\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":9047,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/5007\/revisions\/9047"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=5007"}],"wp:term":[{"taxonomy":"category","embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=5007"},{"taxonomy":"post_tag","embeddable":true,"href":"https:\/\/repubblika.org\/mt\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=5007"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}