Image 3

Letter to Police Commissioner

Repubblika, represented by Dr Jason Azzopardi, today sent a letter to the Police Commissioner:

Illum, 21 ta\’ Novembru 2024

ZIEDA MAL-KWERELA tas-7 ta\’ Novembru 2024

Sur Gafa, Sur Kummissarju,

Nerga\’ nikteb ghan-nom ta\’ REPUBBLIKA, assocjazzjoni li hi regisrtrata bhala persuna guridika mar-Registratur ghal Persuni Guridici (LPA-122) wara li llum il-Kumitat Parlamentari addotta unanimament ir-Rapport tal-Kummissarju tal-Istandards fil-Hajja Pubblika.

Permezz tal-prezenti qed tigi mitlub sabiex, b\’ZIEDA mal-kwerela tas-7.11.2024, inti tressaq \’l Qorti lil:-

1. Ministri Clint Camilleri u Clayton Bartolo, u dan talli fid-9 ta\’ Mejju 2022 huma, sabiex jiksbu xi vantaġġ jew benefiċċju għalihom innifishom individwalment jew għal ħaddieħor, xjentement taw taghrif falz lill-awtorita pubblika li huwa l-Kummissarju tal-Istandards fil-Hajja Pubblika (art. 188 tal-Kodiċi Kriminali)

2. Michael Buhagiar, il-Kap tas-Segretarjat tal-Ministru Clint Camilleri talli fl-20 ta\’ Marzu 2023 u fl-14 ta\’ Novembru 2023 huwa xjentement ta taghrif falz lill-awtorita pubblika li huwa l-Kummissarju tal-Istandards fil-Hajja Pubblika (art. 188 tal-Kodici Kriminali);

3. Amanda Muscat u dan talli fl-4 ta\’ Mejju 2023 hija halfet falz quddiem ufficjal li kellu s-setgħa b\’liġi li jagħti l-ġurament (art. 108 tal-Kodici Kriminali);

4. Michael Buhagiar u John Grima, Chief Policy Advisor, Ministeru Turizmu), talli fl-14 ta\’ Novembru 2023 huma halfu l-falz quddiem uffiċjal li kellu s-setgħa li jagħti l-ġurament (art.108 tal-Kodici Kriminali);

5. Il-Ministri Camilleri u Bartolo, Amanda Muscat, John Grima, u Michael Buhagiar talli fix-xhur qabel Novembru 2023 huma hadu sehem f\’assocjazzjoni kriminali (conspiracy) biex ikkommettew id-delitti mahsubin fl-artikoli 188 u 109 tal-Kodici Kriminali.

Ovvjament japplikaw il-kwalifiki tal-artikolu 18 u, ghal kwerelati kollha, l-artikolu 141 tal-Kodici Kriminali peress li huma ufficjali pubblici fil-mument li wettqu l-imsemmijin delitti.

Inoltre, qed tigi mitlub tinvestiga l-involviment, kolluzjoni u komplicita fl-ingagg fantazma ta\’ Ms Muscat u allura l-frodi, approprjazzjoni indebita minn fondi pubblici, da parti ta\’ Glenn Micallef li bejn il-bidu t\’April u l-ahhar ta\’ Mejju 2021 kien approva l-ingagg taghha mal-Ministeru ta\’ Ghawdex, fil-kapacita tieghu bhala Chief of Staff tal-Ufficju tal-rim Minstru meta kien jaf li l-ingagg taghha kien messa in scena u allura frawdolenti l-erarju pubbliku.

Ninsab dirett nitolbok izzomm lill-klijent tieghi aggornat.

Inselli ghalik

Avv. Jason Azzopardi

[dflip id=\”6454\” ][/dflip]