Dalgħodu kellna laqgħa importanti ħafna mal-Ambaxxatur tal-Ġermanja l-Eċċellenza Tagħha Tanja Beyer fl-uffiċċju ta’ Repubblika fl-Imqabba.
L-Ambaxxatur Beyer kienet interessata fix-xogħol tagħna biex intejbu lil Malta.
Ippreżentajnielha materjal stampat ta’ Repubblika u l-ktieb ta’ Robert Aquilina Pilatus.
Naturalment, Daphne Caruana Galizia u l-ġlieda tagħna għall-ġustizzja għaliha u għall-istejjer tagħha kienu fost it-temi prinċipali li ddiskutejna.