{
    "id": 6785,
    "date": "2025-01-27T13:06:49",
    "date_gmt": "2025-01-27T12:06:49",
    "guid": {
        "rendered": "https:\/\/repubblika.org\/?st-import=23f7713fa35956e273ceba99d1c57805"
    },
    "modified": "2025-01-27T13:06:49",
    "modified_gmt": "2025-01-27T12:06:49",
    "slug": "ittra-lill-pm-ieqaf-tqarraq-dwar-l-assi-tal-ministri",
    "status": "publish",
    "type": "post",
    "link": "https:\/\/repubblika.org\/en\/ittra-lill-pm-ieqaf-tqarraq-dwar-l-assi-tal-ministri\/",
    "title": {
        "rendered": "Ittra lill-PM: \u201cIeqaf Tqarraq dwar l-Assi tal-Ministri\u201d"
    },
    "content": {
        "rendered": "<p class=\"wp-block-paragraph\">27 ta\u2019 Jannar 2025<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-Prim Ministru<br>Il-Ber\u0121a ta\u2019 Kastilja<br>Il-Belt Valletta<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Prim Ministru,<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">DWAR: <strong>IEQAF TQARRAQ DWAR ID-DIKJARAZZJONIJIET TAD-D\u0126UL U TAL-ASSI TAL-MINISTRI U S-SEGRETARJI PARLAMENTARI<\/strong><\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Qed niktbulek g\u0127ax ittra lis-Segretarju tal-Kabinett tat-23 ta\u2019 Jannar 2025 u tfakkira fil-25 ta\u2019 Jannar g\u0127adhom s\u2019issa bla risposta.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Nifhmu minn ruling tal-Ispeaker tat-22 ta\u2019 Jannar 2025 li int u l-kollegi tieg\u0127ek idde\u010bidejtu li twaqqfu d-drawwa li tag\u0127tu lill-parlament kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-assi u l-interessi li tag\u0127mlu skont Artiklu 7.3 tat-Tieni Skeda tal-Att dwar l-Istandards fil-\u0126ajja Pubblika (Kap. 570).&nbsp;<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Artiklu 4.4 tal-istess Skeda jobbligak u \u2018l-kollegi tieg\u0127ek tkunu bl-\u201caktar mod possibbli (&#8230;) miftu\u0127a fl-g\u0127oti ta\u2019 informazzjoni lill-Parlament u lill-pubbliku in\u0121enerali.\u201d Artiklu 5.6 jobbligak u \u2018l-kollegi tieg\u0127ek li \u201cb\u0127ala uffi\u010bjali pubbli\u010bi (g\u0127andkom tkunu) ispirati u fl-im\u0121ieba, azzjonijiet u de\u010bi\u017cjonijiet (tag\u0127kom) iggwidati (mill-)valur (&#8230;) tat-Trasparenza.\u201d<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Hu \u010bar g\u0127alhekk li jekk ittie\u0127det de\u010bi\u017cjoni li \u017c\u017commu mistura d-dikjarazzjonijiet tal-assi u l-interessi tag\u0127kom dan qed tag\u0127mluh bi ksur tal-Kodi\u010bi tal-Etika li l-ubbidjenza lilu hi obbligu legali li g\u0127andkom.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Nirreferu mbag\u0127ad g\u0127al rimarki li g\u0127amilt int nhar is-26 ta\u2019 Jannar 2025 fejn g\u0127idt li qed ta\u0127seb biex tne\u0127\u0127i d-dikjarazzjonijiet spe\u010bifi\u010bi li tag\u0127mlu intom il-ministri u minflok i\u017c\u017cid l-obbligazzjonijiet ta\u2019 dikjarazzjonijiet tad-deputati tal-parlament u allura b\u0127ala deputati l-ministri jag\u0127mlu dikjarazzjonijiet b\u0127all-o\u0127rajn. M\u2019hemmx mod ie\u0127or kif tiddisekrivi kliemek milli tg\u0127idlu qerq sfa\u010b\u010bat.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Dwar dan ng\u0127idu:<\/p>\n\n\n\n<ol class=\"wp-block-list\"><li>M\u2019g\u0127andna ebda o\u0121\u0121ezzjoni jekk l-esi\u0121enzi ta\u2019 trasparenza g\u0127ad-deputati kollha ji\u017cdiedu.<\/li><\/ol>\n\n\n\n<ol class=\"wp-block-list\" start=\\\"2\\\"><li>F\u2019Malta, ix-xog\u0127ol ta\u2019 deputat hu <em>part-time<\/em> u deputat hu mistenni li jkollu impjieg jew attivit\u00e0 ekonomika o\u0127ra. Dan a\u0127na ma naqblux mieg\u0127u, u kemm-il darba g\u0127idna li d-deputati g\u0127andhom ikunu <em>full-time<\/em>. Imma sakemm ikunu <em>part-time<\/em> l-interessi privati tag\u0127hom huma tag\u0127hom u tag\u0127hom biss. Dan b\u2019kuntrast mal-ministri li kif jg\u0127id il-kodi\u010bi tal-etika li jorbothom (Artiklu 7.2) ma jistax ikollhom ebda attivit\u00e0 ekonomika o\u0127ra \u0127lief il-po\u017cizzjoni uffi\u010bjali tag\u0127hom. Hu g\u0127alhekk li hu g\u0127al kollox lo\u0121iku li d-dikjarazzjonijiet tal-ministri dwar l-interessi tag\u0127hom ikunu differenti minn tad-deputati, tal-anqas sakemm id-deputati li mhumiex ministri jibqg\u0127u <em>part-timers<\/em>.<\/li><\/ol>\n\n\n\n<ol class=\"wp-block-list\" start=\\\"3\\\"><li>Il-ministri tal-gvern g\u0127andhom f\u2019idejhom responsabbiltajiet g\u0127all-amministrazzjoni ta\u2019 flejjes pubbli\u010bi u opportunitajiet ta\u2019 korruzzjoni fuq skala li ma tistax titqabbel b\u2019ebda mod mal-poteri limitati \u0127afna li g\u0127andhom deputati parlamentari li mhumiex uffi\u010bjali tal-gvern. Hu g\u0127al kollox proporzjonat li t-trasparenza tal-ministri tal-gvern tkun tirrifletti l-potenzjal ta\u2019 korruzzjoni li hu naturalment bil-bosta akbar fil-gvern.<\/li><\/ol>\n\n\n\n<ol class=\"wp-block-list\" start=\\\"4\\\"><li>Il-fatt li qed tikkontempla riforma fid-dikjarazzjonijiet tal-assi (biex skontok titjieb it-trasparenza) ma jfissirx li g\u0127andek i\u010b\u010bajpar il-livell ta\u2019 trasparenza li je\u017cisti llum. G\u0127andek t\u0127alli s-sistema antika ta\u2019 dikjarazzjonijiet g\u0127addejja waqt li tikkonsulta dwar kif g\u0127andek ittejjibha.<\/li><\/ol>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Id-dikjarazzjonijiet tal-assi u l-interessi tal-ministri huma g\u0127odda indispensabbli g\u0127all-\u0121urnalisti, ri\u010berkaturi, u membri o\u0127ra tas-so\u010bjet\u00e0 \u010bivili li jaqdu d-dmir demokratiku tag\u0127hom li jissorvejlaw l-im\u0121ieba tan-nies li jinsilfilhom il-poter politiku.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Meta gvern inaqqas it-trasparenza jibg\u0127at is-sinjal inevitabbli li g\u0127andu x\u2019ja\u0127bi. Hu \u0127a\u017cin li unilateralment tie\u0127u de\u010bi\u017cjonijiet li tag\u0127mel il-gvern tieg\u0127ek aktar mag\u0127luq g\u0127all-iskrutinju pubbliku. A\u0127na ffrustrati bir-rifjut tieg\u0127ek li tikkonsulta dwar dawn il-materji minkejja talbiet ripetuti li g\u0127amilnilek. A\u0127na partikolarment iffrustrati li int u l-gvern tieg\u0127ek g\u0127affi\u0121tu l-pro\u010bess li l-gvern tieg\u0127ek intrabat li jag\u0127mel fl-<em>Open Government Partnership<\/em>. Int u l-gvern tieg\u0127ek s\u2019issa rrifjutajtu li timplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-<em>Group of States Against Corruption <\/em>(GRECO) u tal-OECD dwar kif g\u0127andha ti\u017cdied it-trasparenza fl-amministrazzjoni pubblika. U flok tag\u0127mel l-affarijiet aktar trasparenti, qed tg\u0127attihom dejjem aktar bit-tajn.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Nitolbuk g\u0127alhekk:<\/p>\n\n\n\n<ol class=\"wp-block-list\"><li>Tippubblika minnufih dikjarazzjonijiet a\u0121\u0121ornati tal-assi u l-interessi tieg\u0127ek u tal-kollegi tieg\u0127ek skont il-li\u0121i;<\/li><\/ol>\n\n\n\n<ol class=\"wp-block-list\" start=\\\"2\\\"><li>Tibda konsultazzjoni pubblika dwar kif g\u0127andha ti\u017cdied it-trasparenza fl-amministrazzjoni pubblika.<\/li><\/ol>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Qed nippubblikaw din l-ittra g\u0127all-interess ta\u2019 kul\u0127add.<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Tislijiet,<\/p>\n\n\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Vicki Ann Cremona<br>President<\/p>",
        "protected": false
    },
    "excerpt": {
        "rendered": "<p>27 ta\u2019 Jannar 2025 Il-Prim MinistruIl-Ber\u0121a ta\u2019 KastiljaIl-Belt Valletta Prim Ministru, DWAR: IEQAF TQARRAQ DWAR ID-DIKJARAZZJONIJIET TAD-D\u0126UL U TAL-ASSI TAL-MINISTRI U S-SEGRETARJI PARLAMENTARI Qed niktbulek g\u0127ax ittra lis-Segretarju tal-Kabinett tat-23 ta\u2019 Jannar 2025 u tfakkira fil-25 ta\u2019 Jannar g\u0127adhom s\u2019issa bla risposta. Nifhmu minn ruling tal-Ispeaker tat-22 ta\u2019 Jannar 2025 li int u l-kollegi tieg\u0127ek [&hellip;]<\/p>",
        "protected": false
    },
    "author": 6,
    "featured_media": 6787,
    "comment_status": "closed",
    "ping_status": "open",
    "sticky": false,
    "template": "",
    "format": "standard",
    "meta": {
        "site-sidebar-layout": "default",
        "site-content-layout": "",
        "ast-site-content-layout": "default",
        "site-content-style": "default",
        "site-sidebar-style": "default",
        "ast-global-header-display": "",
        "ast-banner-title-visibility": "",
        "ast-main-header-display": "",
        "ast-hfb-above-header-display": "",
        "ast-hfb-below-header-display": "",
        "ast-hfb-mobile-header-display": "",
        "site-post-title": "",
        "ast-breadcrumbs-content": "",
        "ast-featured-img": "",
        "footer-sml-layout": "",
        "ast-disable-related-posts": "",
        "theme-transparent-header-meta": "",
        "adv-header-id-meta": "",
        "stick-header-meta": "",
        "header-above-stick-meta": "",
        "header-main-stick-meta": "",
        "header-below-stick-meta": "",
        "astra-migrate-meta-layouts": "default",
        "ast-page-background-enabled": "default",
        "ast-page-background-meta": {
            "desktop": {
                "background-color": "",
                "background-image": "",
                "background-repeat": "repeat",
                "background-position": "center center",
                "background-size": "auto",
                "background-attachment": "scroll",
                "background-type": "",
                "background-media": "",
                "overlay-type": "",
                "overlay-color": "",
                "overlay-opacity": "",
                "overlay-gradient": ""
            },
            "tablet": {
                "background-color": "",
                "background-image": "",
                "background-repeat": "repeat",
                "background-position": "center center",
                "background-size": "auto",
                "background-attachment": "scroll",
                "background-type": "",
                "background-media": "",
                "overlay-type": "",
                "overlay-color": "",
                "overlay-opacity": "",
                "overlay-gradient": ""
            },
            "mobile": {
                "background-color": "",
                "background-image": "",
                "background-repeat": "repeat",
                "background-position": "center center",
                "background-size": "auto",
                "background-attachment": "scroll",
                "background-type": "",
                "background-media": "",
                "overlay-type": "",
                "overlay-color": "",
                "overlay-opacity": "",
                "overlay-gradient": ""
            }
        },
        "ast-content-background-meta": {
            "desktop": {
                "background-color": "var(--ast-global-color-5)",
                "background-image": "",
                "background-repeat": "repeat",
                "background-position": "center center",
                "background-size": "auto",
                "background-attachment": "scroll",
                "background-type": "",
                "background-media": "",
                "overlay-type": "",
                "overlay-color": "",
                "overlay-opacity": "",
                "overlay-gradient": ""
            },
            "tablet": {
                "background-color": "var(--ast-global-color-5)",
                "background-image": "",
                "background-repeat": "repeat",
                "background-position": "center center",
                "background-size": "auto",
                "background-attachment": "scroll",
                "background-type": "",
                "background-media": "",
                "overlay-type": "",
                "overlay-color": "",
                "overlay-opacity": "",
                "overlay-gradient": ""
            },
            "mobile": {
                "background-color": "var(--ast-global-color-5)",
                "background-image": "",
                "background-repeat": "repeat",
                "background-position": "center center",
                "background-size": "auto",
                "background-attachment": "scroll",
                "background-type": "",
                "background-media": "",
                "overlay-type": "",
                "overlay-color": "",
                "overlay-opacity": "",
                "overlay-gradient": ""
            }
        },
        "footnotes": ""
    },
    "categories": [
        1
    ],
    "tags": [],
    "class_list": [
        "post-6785",
        "post",
        "type-post",
        "status-publish",
        "format-standard",
        "has-post-thumbnail",
        "hentry",
        "category-uncategorized"
    ],
    "_links": {
        "self": [
            {
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6785",
                "targetHints": {
                    "allow": [
                        "GET"
                    ]
                }
            }
        ],
        "collection": [
            {
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/posts"
            }
        ],
        "about": [
            {
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/types\/post"
            }
        ],
        "author": [
            {
                "embeddable": true,
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/users\/6"
            }
        ],
        "replies": [
            {
                "embeddable": true,
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/comments?post=6785"
            }
        ],
        "version-history": [
            {
                "count": 0,
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/posts\/6785\/revisions"
            }
        ],
        "wp:featuredmedia": [
            {
                "embeddable": true,
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media\/6787"
            }
        ],
        "wp:attachment": [
            {
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=6785"
            }
        ],
        "wp:term": [
            {
                "taxonomy": "category",
                "embeddable": true,
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/categories?post=6785"
            },
            {
                "taxonomy": "post_tag",
                "embeddable": true,
                "href": "https:\/\/repubblika.org\/en\/wp-json\/wp\/v2\/tags?post=6785"
            }
        ],
        "curies": [
            {
                "name": "wp",
                "href": "https:\/\/api.w.org\/{rel}",
                "templated": true
            }
        ]
    }
}